Il-proċedura ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali tattira numru kbir ta’ applikazzjonijiet. Madankollu, is-servizzi ta’ reklutaġġ jagħżlu minn qabel biss (lista qasira) kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aktar mal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ reklutaġġ tagħhom fi żmien partikolari.
Jekk ma ntgħażiltx minn qabel, dan ifisser li l-profil tiegħek ma kienx fost dawk magħżula għal dik il-ħtieġa partikolari ta’ reklutaġġ. Xorta tista’ tiġi kkunsidrat fil-futur jekk il-profil tiegħek jaqbel ma’ ħtiġijiet oħra ta’ reklutaġġ.