Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships fl-istituzzjonijiet, fl-aġenziji u fil-korpi tal-UE

Picture of the big group of all trainees

It-traineeships tal-UE joffru opportunità unika lill-gradwati biex jiksbu esperjenza prattika fi ħdan l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Il-programmi ta’ traineeships tipikament idumu 5 xhur u huma mħallsa, b’allowance ta’ kull xahar ta’ madwar €1,400, skont l-istituzzjoni.

It-trainees jikkontribwixxu għal proġetti f’diversi oqsma, mill-amministrazzjoni pubblika, il-liġi, u ċ-ċibersigurtà sat-trasformazzjoni diġitali, is-saħħa, il-politika dwar il-klima, l-ekonomija, it-traduzzjoni, il-komunikazzjoni, u r-riżorsi umani. Huma jiksbu għarfien prattiku dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, jiżviluppaw ħiliet professjonali, u jaħdmu fuq politiki li jsawru l-ħajja ta’ miljuni ta’ nies f’ambjent multikulturali u dinamiku.

Kull istituzzjoni tal-UE timmaniġġja l-proċeduri tal-għażla u tar-reklutaġġ tagħha stess.


Esplora l-opportunitajiet ta’ traineeships disponibbli billi tagħżel fost id-diversi istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE hawn taħt