Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Proċeduri ta’ selezzjoni għal persunal kuntrattwali b’ebda data ta’ skadenza għall-applikazzjoni

Il-persunal kuntrattwali għandu rwol ewlieni fl-appoġġ tal-ħidma tal-istituzzjonijiet, il-korpi, u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea.

Il-persunal kuntrattwali jgħin biex iwettaq kompiti amministrattivi temporanji jew huwa ta’ appoġġ f’oqsma speċjalizzati fejn huma meħtieġa ħiliet addizzjonali.

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO, European Personnl Selection Office) jorganizza proċeduri ta’ selezzjoni għal persunal kuntrattwali, magħruf ukoll bħala CAST Permanenti. CAST tfisser Għodda għas-Selezzjoni tal-Aġenti Kuntrattwali, u “Permanenti” tirreferi għall-fatt li l-applikazzjonijiet huma miftuħin il-ħin kollu permezz ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni kontinwa.

Meta jinqalgħu bżonnijiet ta’ reklutaġġ, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE jfittxu fil-bażi tad-data tal-persunal kuntrattwali u jagħmlu lista ristretta tal-kandidati li jkunu jaqblu l-aktar mar-rekwiżiti tal-impjieg.
Imbagħad il-kandidati fil-lista ristretta huma mistiedna jagħmlu testijiet ta’ raġunament ibbażati fuq il-kompjuter organizzati mill-EPSO.

Sir af aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ selezzjoni.
 

Lest biex tapplika?

Agħżel il-profil li jaqbel l-aħjar mal-isfond akkademiku u professjonali tiegħek u rreġistra.

Innota li r-reġistrazzjoni għall-proċedura ta’ selezzjoni ma tiggarantixxix l-impjieg. Din tiżgura biss li l-profil tiegħek jiżdied ma’ bażi tad-data li minnha l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jagħżlu l-kandidati meta jkun hemm postijiet battala.