Skip to main content

Għaliex għandkom tibdew karriera mal-UE?

Insawru l-Ewropa flimkien

Jekk intom ...

  - għandkom għal qalbkom il-proġett tal-Unjoni Ewropea, lista’ ta’ kontroll

  - temmnu fil-valuri tal-UE bħall-paċi, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, u d-drittijiet tal-bniedem, lista’ ta’ kontroll

  - tixtiequ tgħinu biex tagħmlu differenza fil-politiki li jaffettwaw liċ-ċittadini kollha tal-UE, mill-protezzjoni tal-klima sad-diġitalizzazzjoni, lista’ ta’ kontroll

  - entużjasti li taħdmu f’ambjent multikulturali u multilingwi, lista’ ta’ kontroll

  - ħerqana li tkunu parti minn post tax-xogħol inklużiv fejn id-diversità hija ta’ vantaġġ u kulħadd igawdi minn opportunitajiet indaqs, lista’ ta’ kontroll

  - eċċitati li titgħallmu u tiżviluppaw ħiliet ġodda filwaqt li taqalgħu salarju kompetittiv, lista’ ta’ kontroll

  - qed tfittxu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja, lista’ ta’ kontroll

qed noffrulkom opportunità unika.