FAQs
Nista’ nkun preselezzjonat (fil-lista preliminari) għal aktar minn profil u/jew grupp ta’ funzjonijiet wieħed?
Question categories:
Iva. Fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali, tista’ tkun preselezzjonat (fil-lista preliminari) għal aktar minn profil u/jew grupp ta’ funzjonijiet wieħed.
Jekk tkun preselezzjonat aktar minn darba minn servizzi ta’ reklutaġġ differenti għall-istess profil fl-istess grupp ta’ funzjoni, tiġi mistieden għat-testijiet tal-EPSO darba biss.
Jekk tkun preselezzjonat għal profili u/jew gruppi ta’ funzjoni differenti, tiġi mistieden għat-testijiet fl-ordni li fih jaslu t-talbiet għand l-EPSO mis-servizzi ta’ reklutaġġ.
La s-servizzi ta’ reklutaġġ, la l-kandidati u lanqas l-EPSO ma jistgħu jinfluwenzaw l-ordni li fiha jiġu pproċessati t-talbiet għat-testijiet.