Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://eu-careers.europa.eu/

Dan ma japplikax għal siti web oħra aċċessati permezz ta’ dan id-dominju. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkunu koperti bid-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.

Dan is-sit web hu mmaniġġjat mill-EPSO. Dan tfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.

Għandek tkun tista’:

  • iżżummja sa 200% 
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)

Dan is-sit web tfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għal siti web u apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Status ta’ konformità

Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Livell 2.1 AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG). Għal aktar dettalji ara “Kontenut mhux aċċessibbli”.

Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fl-23/04/2024.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fit-12/12/2023. Hi bbażata fuq awtovalutazzjoni mwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
 

Feedback

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-EPSO. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:

Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn dakinhar tal-wasla tal-inkjesta.
 

Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit tal-EPSO tfassal biex ikun kompatibbli mal-browsers u t-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:

  • l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
  • l-aħħar verżjoni tal-Microsoft Edge
  • flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ NVDA, VoiceOver u TalkBack.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-EPSO tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex jaħdmu mat-taħlita partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript
     

Kontenut mhux aċċessibbli

Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-EPSO, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.

Formola ta’ kuntatt: https://eu-careers.europa.eu/en/contact-us/question

Limitazzjonijiet magħrufin għas-siti web tal-EPSO:

  • Livell ta’ kuntrast: Xi paġni għandhom kuntrast baxx 
  • Dokumenti PDF: Xi dokumenti huma f’format PDF u mhumiex aċċessibbli
  • Ġerarkija tal-intestaturi: Xi intestaturi ma jsegwux il-ġerarkija korretta tal-intestatura, li tista’ tikkawża problemi għall-utenti tal-qarrejja tal-iskrin. 
  • Il-paġna tal-kwiżż kampjun fiha immaġinijiet li ma jistgħux jitwaħħlu.

Qed nippjanaw li nsolvu l-problemi li jistgħu jissewwew sa mhux aktar tard minn Ġunju 2024.