
Benefiċċji
Permezz ta’ xogħolhom, il-membri tal-istaff tal-UE jsarrfu l-valuri tal-Unjoni Ewropea f’azzjoni, jgħinu fit-tfassil tad-deċiżjonijiet u jwettqu pjanijiet b’impatt wiesa’ fuq miljuni ta’ ċittadini tal-UE.
Fl-istess ħin, l-UE toffri firxa ta’ benefiċċji attraenti biex tissodisfa l-ħtiġijiet professjonali, personali u edukattivi tal-istaff tagħha.
Tgħallem aktar billi tesplora t-taqsimiet ta’ hawn taħt.