Skip to main content

FAQs

X’jiġri jekk ngħaddi mit-testijiet ta’ selezzjoni tal-EPSO?

Question categories:

Kompetizzjonijiet miftuħa għal staff permanenti

Jekk tgħaddi mit-testijiet ta’ selezzjoni tal-EPSO f’kompetizzjoni miftuħa, tista’ tiġi inkluż f’lista ta’ riżerva. Li tkun fuq lista ta’ riżerva ma jiggarantixxix offerta ta’ impjieg, iżda l-profil tiegħek jista’ jiġi kkunsidrat mill-istituzzjonijiet tal-UE għar-reklutaġġ.

Il-validità u l-użu tal-listi ta’ riżerva jiddependu fuq il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet.

Proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali

Jekk tgħaddi mit-testijiet ta’ raġunament tal-EPSO għal proċedura ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali, tista’ tiġi mistieden minn servizz ta’ reklutaġġ għal intervista u/jew testijiet ta’ reklutaġġ ulterjuri.

Ir-riżultati tat-test tiegħek huma validi għal 10 snin mid-data li fiha jiġu ppubblikati fil-Profil tal-EPSO tiegħek.

Dawn huma validi għall-grupp ta’ funzjonijiet li għalih ġejt ittestjat, kif ukoll għal kwalunkwe grupp ta’ funzjonijiet aktar baxx.