Meta jintużaw testijiet bil-miktub differenti fl-istess kompetizzjoni (pereż. testi għat-traduzzjoni) dawn it-testijiet jintgħażlu b’mod li jkollhom l-istess livell ta’ diffikultà.
How can I request special accommodations for the tests due to a disability or medical condition?
You should read the information on Equal opportunities, Diversity and Inclusion, including the guide on How to request specific adjustments for the selection tests.
Please note that in order to benefit from reasonable adjustments to the selection tests, you will have to produce a certificate confirming your disability or medical condition issued by a competent national organisation and/or a specialist.
Don’t forget to fill your application and the form by the deadline for application.
Jiena tqila jew qed inredda’ tarbija u għandi xi mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fl-eżamijiet ta’ selezzjoni. Lil min għandi nikkuntattja?
Jekk inti tkun tqila waqt il-perjodu tar-reġistrazzjoni tal-proċedura ta’ selezzjoni, tista’ tissottometti l-mistoqsijiet, id-diffikultajiet jew it-talbiet tiegħek għal aġġustamenti fil-formola online li se tintalab timla wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek. Fl-applikazzjoni se ssib ħolqa għall-formola online. Tinsiex iżżid iċ-ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija tal-ħlas jew id-data tal-ħlas f’każ li diġà wellidt.
Jekk tiskopri li inti tqila aktar tard jew twelled matul il-perjodu tal-proċedura ta’ selezzjoni, ikkuntattja lit-tim iddedikat fl-EPSO malajr kemm jista’ jkun permezz tal-indirizz tal-email epso-accessibility@ec.europa.eu, u pprovdi ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija tal-ħlas jew ta’ meta wellidt.
Ninfurmawk dwar l-għażliet possibbli wara li nistħarrġu r-rikjesta tiegħek.
Jiena għandi diżabilità jew kundizzjoni medika li teħtieġ aġġustamenti fit-tagħmir tal-uffiċċju u/jew fl-ambjent tax-xogħol tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja?
Jekk jogħġbok innota li l-EPSO ma jgħaddix informazzjoni dwar id-diżabilità u l-bżonnijiet speċifiċi tiegħek lid-dipartimenti tar-reklutaġġ, sabiex tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tad-data u n-nondiskriminazzjoni.
Jekk għandek diżabilità jew kundizzjoni medika li teħtieġ aġġustamenti jew għandek xi bżonnijiet speċifiċi, għandek tinforma lill-impjegatur futur tiegħek direttament meta tiġi rreklutat.
F’din il-paġna ssib informazzjoni dwar l-azzjoni pożittiva segwita minn ċerti impjegaturi: Programmi ta’ azzjoni pożittiva
¿Qué debo hacer si considero que no se me ha tratado equitativamente durante una oposición debido a mis diferencias?
L-EPSO jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza, lid-diversità u lill-inklużjoni, u jagħmel kull sforz biex jirrispetta l-opportunitajiet indaqs, it-trattament ugwali u l-aċċess ugwali għall-applikanti kollha tiegħu.
Jekk tħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust jew diskriminatorju minħabba waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar: is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex taqsam l-osservazzjonijiet u l-emozzjonijiet tiegħek.
Aħna nagħtu ħafna kas tal-feedback li nirċievu mingħand l-applikanti, li huma fil-qalba tal-politiki u l-prassi tagħna dwar l-ugwaljanza u l-ġestjoni tad-diversità. Għal aktar informazzjoni dwar kif nipprattikaw dawn il-politiki, jekk jogħġbok ara l-paġna web tagħna ddedikata għall-opportunitajiet indaqs.
Jiena għandi diżabbiltà u kelli l-problemi biex naċċessa l-profil tal-EPSO u/jew is-sit web matul il-proċedura ta’ selezzjoni tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja biex naqsam l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħi?
L-aċċessibbiltà hi importanti ħafna għall-EPSO. Aħna naħdmu b’mod kontinwu biex intejbu l-aċċessibbiltà tal-proċeduri ta’ komunikazzjoni u selezzjoni tagħna.
Madankollu, jekk tiltaqa’ ma’ diffikultajiet marbuta mal-aċċessibbiltà fil-kont tal-Kandidat tiegħek jew fis-sit web tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex taqsam l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħek.
Jekk ikun meħtieġ, l-EPSO jipproduċi formati adattati aċċessibbli għat-teknoloġija ta’ assistenza.
Il-feedback tiegħek hu essenzjali għalina. Dan jgħinna ntejbu s-servizzi tagħna billi nagħmluhom aktar aċċessibbli għal kulħadd.
Tista’ ssir taf aktar dwar il-ħidma tal-EPSO biex tittejjeb l-aċċessibbiltà fuq il-paġna web tagħna dwar opportunitajiet indaqs.
Kif inhu garantit trattament ugwali?
Kriterji ta’ evalwazzjoni oġġettivi huma adottati qabel is-selezzjoni, skont l-avviż tal-kompetizzjoni, u huma applikati b’mod rigoruż għall-kandidati kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali.
Kif l-EPSO jiżgura opportunitajiet indaqs?
It-testijiet kollha tal-EPSO, u kif jingħatawlhom il-marki, huma analizzati bir-reqqa biex ikun żgurat li huma ġusti u m’għandhomx impatt avvers fuq gruppi partikolari ta’ kandidati. L-EPSO qiegħed fil-proċess li jsir konformi mal-Istandard ISO ġdid fjamant għall-Proċeduri ta’ Evalwazzjoni u hu diġà konformi mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbilità.
Aspett ewlieni tat-trattament ġust hu l-bilanċ bejn is-sessi u l-EPSO jaħdem biex jattira u jagħżel ġabra bilanċjata ta’ applikanti rġiel u nisa. Fil-prattika, l-irġiel u n-nisa japplikaw f’numri sproporzjonati għal xi profili. B’mod ġenerali, madankollu, l-applikazzjonijiet huma bbilanċjati, u l-aktar kompetizzjoni riċenti tal-Ġeneralisti fil-grad AD ipproduċiet 50% kandidati rġiel u 50% kandidati nisa li għaddew mill-kompetizzjoni.
Kif niżguraw it-trattament ugwali tal-kandidati u l-imparzjalità tal-Bord ta’ Selezzjoni fil-proċeduri ta’ selezzjoni?
Kull proċedura ta’ selezzjoni għandha l-Bord tas-Selezzjoni tagħha stess biex tagħżel l-aħjar kandidati abbażi ta’ kwalifiki u kompetenzi definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Il-Bordijiet ta’ Selezzjoni huma magħmulin minn uffiċjali mill-Istituzzjonijiet tal-UE, u l-EPSO jagħmel kull sforz biex jiżgura bilanċ f’termini ta’ ġeneru, kapaċità lingwistika, persunal vs rappreżentanza amministrattiva u daqs tal-istituzzjoni. Il-President assistit minn Viċi President wieħed jew aktar imexxi l-ħidma tal-Bord. Il-kompiti kollha relatati mal-valutazzjoni tal-kandidati matul il-proċedura ta’ selezzjoni huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord.
L-EPSO jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza u jagħmel kull sforz biex jiġu rispettati l-opportunitajiet, it-trattament u l-aċċess indaqs għall-applikanti kollha tiegħu, kif ġej:
- Il-prinċipju ewlieni li jiggwida l-ħidma tal-Bord ta’ Selezzjoni hu l-prinċipju tal-imparzjalità. Pereżempju, ma tista’ teżisti ebda rabta ġerarkika diretta bejn membru tal-Bord ta’ Selezzjoni u l-kandidat li hu jivvaluta. Madankollu, l-eżistenza ta’ relazzjoni preċedenti jew anki attwali ta’ natura aktar imbiegħda minnha nnifisha ma teskludix awtomatikament il-possibbiltà ta’ valutazzjoni.
- Kemm il-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni kif ukoll il-kandidati huma meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli għall-EPSO sabiex dan ikun jista’ jiġi kkunsidrat u jsiru l-aġġustamenti potenzjali skont dan.
- Il-Bord ta’ Selezzjoni jsegwi l-kriterji stabbiliti minn qabel tal-eliġibbiltà, tas-selezzjoni u tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Avviż tal-Kompetizzjoni. Dawn il-kriterji huma dokumentati, adottati u applikati bir-reqqa u b’mod konsistenti.
- Taħriġ, ikkowċjar u superviżjoni estensivi tal-Membri tal-Bord kif ukoll laqgħat regolari ta’ rieżami jiżguraw approċċ ta’ valutazzjoni armonizzata.
L-EPSO jwettaq kontrolli tal-kwalità sistematiċi u analiżijiet statistiċi biex jimmonitorja u jelimina kwalunkwe preġudizzju possibbli fil-valutazzjoni tal-kandidati.