Skip to main content

FAQs

Jiena tqila jew qed inredda’ tarbija u għandi xi mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fl-eżamijiet ta’ selezzjoni. Lil min għandi nikkuntattja?

Jekk inti tkun tqila waqt il-perjodu tal-applikazzjoni, tista’ tissottometti l-mistoqsijiet jew it-talbiet tiegħek għal aġġustamenti fil-formola online li se tintalab timla wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Il-link għall-formola online se tkun disponibbli fl-applikazzjoni tiegħek. Tinsiex tehmeż iċ-ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija tal-ħlas jew id-data tal-ħlas f’każ li diġà wellidt.

Jekk tiskopri li inti tqila aktar tard jew twelled matul il-perjodu tal-proċedura ta’ selezzjoni, ikkuntattja lit-tim iddedikat tal-EPSO malajr kemm jista’ jkun permezz tal-indirizz tal-email epso-accessibility@ec.europa.eu, u pprovdi ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija tal-ħlas jew ta’ meta wellidt.

Ninfurmawk dwar l-għażliet possibbli wara li nistħarrġu r-rikjesta tiegħek.