Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Description

Deskrizzjoni tal-impjieg

Is-servizz ta’ interpretar tal-istituzzjonijiet tal-UE huwa l-akbar fid-dinja – l-interpreti tal-konferenzi tiegħu jiżguraw li d-diskussjonijiet li jsiru fil-laqgħat jiġu interpretati b’mod korrett f’lingwa uffiċjali tal-UE, bl-użu ta’ interpretazzjoni simultanja jew konsekuttiva. 

L-interpreti tal-UE jaħdmu f’ambjent stimulanti u multikulturali. Huma għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv, jifhmu kwistjonijiet varji u spiss kumplessi, jirreaġixxu u jadattaw malajr għal ċirkostanzi li jinbidlu kif ukoll jaħdmu taħt pressjoni. 

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien profond ta’ mill-anqas tnejn oħra, u kwalifika xierqa fl-interpretar tal-konferenzi; alternattivament, għandu jkollok lawrja u esperjenza professjonali ta’ sena jew aktar. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

L-interpreti freelance jistgħu jiġu impjegati wkoll biex jaħdmu flimkien mal-istaff ta’ interpreti. Tista’ ssib informazzjoni dwar kif issir interpretu freelance mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fuq is-sit web apposta: “Aħdem bħala Interpretu Freelance mal-UE”.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Domain(s)