Skip to main content

Lingwi

Il-multilingwiżmu huwa wieħed mill-prinċipji fundaturi tal-Unjoni Ewropea u t-tradutturi, il-qarrejja tal-provi, il-ġuristi lingwisti u l-interpreti għandhom rwol fundamentali. Dawn iwasslu politiki u azzjonijiet fil-lingwi uffiċjali tal-UE, u b’hekk jgħaqqdu lill-UE maċ-ċittadini tagħha billi jitkellmu bil-lingwa tagħhom stess.

Traduttur

Deskrizzjoni tal-impjieg

Ir-responsabbiltajiet tagħhom jinkludu t-traduzzjoni ta’ dokumenti legali, finanzjarji u xjentifiċi, dokumenti ta’ politika, rapporti, korrispondenza u testi tekniċi; l-għoti ta’ pariri lingwistiċi b’firxa wiesgħa; il-ġestjoni ta’ siti web multilingwi; l-editjar ta’ dokumenti oriġinali abbozzati minn uffiċjali oħra tal-UE, fost diversi kompiti oħra.

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien profond tal-anqas ta' tnejn oħra u lawrja fi kwalunkwe suġġett. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Qarrej tal-provi

Deskrizzjoni tal-impjieg

Id-dmirijiet tagħhom jinkludu l-qari tal-provi tad-dokumenti; il-verifika tat-testi tradotti għall-konsistenza mal-lingwa oriġinali; it-tħejjija u l-verifika tal-kontenut f’formati u media varji; il-korrezzjoni tal-ortografija, tal-grammatika u tal-iżbalji tas-sintassi; l-għajnuna fl-organizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-proċessi ta’ produzzjoni involuti fil-pubblikazzjoni, fost varjetà ta’ kompiti oħra.

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien profond tat-tieni waħda. Għandu jkollok jew edukazzjoni postsekondarja u tal-anqas ftit snin ta’ esperjenza professjonali, jew inkella edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta' esperjenza professjonali. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Ġurist lingwist

Deskrizzjoni tal-impjieg

Il-ġuristi lingwisti tal-UE jiżguraw li l-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha tiġi tradotta b’mod korrett f’lingwi oħra tal-UE u tirrifletti fedelment it-test li fih kienet oriġinarjament maħsuba.

L-impjieg jeħtieġ avukati kapaċi b’kapaċitajiet lingwistiċi eċċellenti. Il-kompiti tagħhom jinkludu li jsegwu proċeduri leġiżlattivi matul il-proċess kollu u jaġixxu bħala konsulenti; jipprovdu gwida dwar l-abbozzar leġiżlattiv; jiċċekkjaw, jirrevedu t-testi legali u jirrieżaminaw il-konformità tagħhom mar-regoli formali, fost kompiti oħra. 

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien profond tal-anqas ta' tnejn oħra kif ukoll lawrja fil-liġi. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Barra minn hekk, tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn l-opportunitajiet ta’ kuntratt temporanju fuq is-sit web tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Interpretu tal-konferenzi

Deskrizzjoni tal-impjieg

Is-servizz ta’ interpretar tal-istituzzjonijiet tal-UE huwa l-akbar fid-dinja – l-interpreti tal-konferenzi tiegħu jiżguraw li d-diskussjonijiet li jsiru fil-laqgħat jiġu interpretati b’mod korrett f’lingwa uffiċjali tal-UE, bl-użu ta’ interpretazzjoni simultanja jew konsekuttiva. 

L-interpreti tal-UE jaħdmu f’ambjent stimulanti u multikulturali. Huma għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv, jifhmu kwistjonijiet varji u spiss kumplessi, jirreaġixxu u jadattaw malajr għal ċirkostanzi li jinbidlu kif ukoll jaħdmu taħt pressjoni. 

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien profond ta’ mill-anqas tnejn oħra, u kwalifika xierqa fl-interpretar tal-konferenzi; alternattivament, għandu jkollok lawrja u esperjenza professjonali ta’ sena jew aktar. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

L-interpreti freelance jistgħu jiġu impjegati wkoll biex jaħdmu flimkien mal-istaff ta’ interpreti. Tista’ ssib informazzjoni dwar kif issir interpretu freelance mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fuq is-sit web apposta: “Aħdem bħala Interpretu Freelance mal-UE”.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Meet EU staff

picture of Signe
“I recently joined the Council with only little experience in translation, but solid language skills from my studies and previous
picture of Dimitri
“What I find most rewarding about my work is that I get to bring the EU closer to people. I
picture of Daniele
“Joining the European Parliament’s translation service in 2022 has allowed me to contribute directly to the development of the European
picture of Chrysopigi
“Learning foreign languages has always been a passion in my life. As a matter of course, translation became the right