Tista’ titlob rieżami ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord ta' Selezzjoni jew tal-EPSO li taffettwa l-progress tiegħek fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ selezzjoni, jekk inti tqis li jkun sar żball materjali jew ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.
Kien hemm problema f'waħda mill-Mistoqsijiet b’Għażla Multipla għall-kompetizzjoni miftuħa tiegħi, x'nista’ nagħmel?
F’każ li jkollok dubju serju dwar il-kontenut ta’ mistoqsija tat-test, ikkuntattjana biss permezz tas-sit web tal-EPSO (Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati) fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tal-mistoqsijiet b’għażla multipla tiegħek, billi tiddeskrivi dwar xiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tidentifika l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i u tispjega n-natura tal-iżball allegat bl-aktar mod ċar possibbli. Jekk jogħġbok semmi wkoll in-numru tal-kandidat tiegħek (ara l-Anness rispettiv għall-Avviż ta’ kompetizzjoni).
Jekk mistoqsija identifikata ma tkunx konformi mal-kriterji ta’ kwalità stretti tal-EPSO minkejja l-kontrolli tal-kwalità dettaljati li hemm fis-seħħ, il-miżuri korrettivi huma kif ġej:
- Il-mistoqsija se tiġi kkoreġġuta jew se titneħħa mill-bażi tad-data
- Il-mistoqsija se tiġi kkanċellata (“newtralizzata”) u l-punti jitqassmu mill-ġdid fost il-bqija tal-mistoqsijiet tat-test
- Dawk il-kandidati li jkunu rċevew il-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid.
- L-għoti ta’ punteġġi tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti tal-avviż ta’ kompetizzjoni.
Se tirċievi tweġiba għall-ilment tiegħek dwar il-kontenut tat-test ftit qabel il-pubblikazzjoni tar-riżultati tat-test fil-profil tal-EPSO tal-kandidati.
Naħseb li kelli nkun ammess abbażi tal-kwalifiki tiegħi u/jew l-esperjenza professjonali tiegħi
Il-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif il-kwalifiki/l-esperjenza tiegħek kellhom ikunu evalwati hija suġġettiva u ma jistgħux jissostitwixxu l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest mwettaq mill-Bord.
Il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-Bord ta' Selezzjoni normalment jinkludu lista ta’ dik li jikkunsidra bħala rilevanti fir-rigward ta’ suġġetti studjati, diplomi miksuba, il-livell tad-diploma, ir-rilevanza, il-livell u t-tul tal-esperjenza ta' xogħol.
Elementi differenti jistgħu jispjegaw id-deċiżjoni tal-Bord ta' Selezzjoni li teskludik abbażi ta' kriterji ta' selezzjoni stabbiliti minn qabel:
Id-diploma tiegħek m'għandhiex x'taqsam biżżejjed mal-qasam tal-kompetizzjoni
Id-diploma tiegħek mhix tal-livell/tul adegwat
L-esperjenza tiegħek m'għandhiex x'taqsam biżżejjed mal-qasam
L-esperjenza tiegħek f’dan il-qasam hija qasira wisq
M'għandekx esperjenza rilevanti biżżejjed minn meta ksibt id-diploma mitluba għal din il-kompetizzjoni
Konvint li sar żball materjali fir-riżultat tat-test tiegħi (eż. irċevejt ir-riżultat ta’ kandidat ieħor/ma ġiex ikkoreġut it-test sħiħ tiegħi)
Qabel ma jikkomunika r-riżultati, il-Bord ta’ Selezzjoni jkun ivverifikahom, approvahom u vvalidahom.
Jien traduttur bl-esperjenza, kien ħaqqni aktar punti
Ir-riżultat tat-test tiegħek hu bbażat fuq il-prestazzjoni tiegħek fil-jum tat-test u ma tistax tinvoka l-esperjeza professjonali tiegħek jew il-kwalifiki tiegħek biex tikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni dwar il-prestazzjoni tiegħek.
Nista’ nitlob kopja tal-kriterji ta’ evalwazzjoni jew it-tabella tal-marki jew it-testijiet ikkoreġuti jew id-dettalji tal-korrezzjonijiet?
Le. Dawn huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord skont ir-Regolamenti tal-Persunal.
Kikérhetem-e az írásbeli/gyakorlati vizsgán adott válaszaim javítatlan példányát?
Iva, ħlief f’każijiet meta l-kontenut tat-test hu intiż biex jerġa’ jiġi użat. F’każijiet bħal dawn, tiġi infurmat dwar dan minn qabel permezz tal-avviż ta’ kompetizzjoni u/jew l-ittra ta’ invit għat-testijiet inkwistjoni.
Mi a teendő, ha a pályázó ismeri a vizsgabizottság valamelyik tagját?
Il-kandidat għandu jinforma lill-EPSO immedjatament biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.
Nyújthatok-e be közigazgatási panaszt (a 90. cikk értelmében), mielőtt választ kapnék a felülvizsgálati kérelmemre?
Le, jekk tħoss li jkun neċessarju, tista’ tagħmel dan wara li tirċievi t-tweġiba dwar ir-rieżami. L-ilment amministrattiv skont l-artikolu 90 irid ikun ibbażat fuq deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, jiġifieri f’dan il-każ ibbażat fuq it-tweġiba negattiva għal rieżami tal-Bord ta’ Selezzjoni. L-iskadenza biex tissottometti ilment skont l-artikolu 90 hi ta’ 3 xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta.
Nista’ nressaq każ quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?
Kull kandidat jista’ jressaq każ quddiem il-Qorti kontra deċiżjoni meħuda mill-Bord ta’ Selezzjoni jew l-Awtorità tal-Ħatra li taffettwa negattivament l-istatus legali tiegħu/tagħha bħala kandidat.
L-Appell għandu jintbagħat lill-Qorti fi żmien tliet xhur u għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni li hu/hi j/tixtieq j/tikkontesta.
Deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi annullata iżda mhux emendata mill-Qorti.
Kan jag lämna in ett klagomål till Europeiska ombudsmannen?
Kull kandidat jista’ jressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew fi żmien sentejn mid-data meta seħħew il-fatti jew l-atti ta’ allegazzjoni ta’ amministrazzjoni ħażina.
Vilken typ av klagomål är relevant i mitt fall?
Jekk int kandidat li għandek applikazzjoni validata għal waħda mill-kompetizzjonijiet miftuħin jew proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO, għandek id-dritt li tagħmel kwalunkwe wieħed minn dawn it-tipi ta’ lmenti.
Irriferi wkoll għall-avviż tal-kompetizzjoni għal ħarsa ġenerali sħiħa tal-modi differenti li bihom tista’ tissottometti l-ilment.
What should I do if I feel that I was not treated fairly during my competition due to my difference(s)?
EPSO places great importance on equality, diversity and inclusion, and makes every effort to respect equal opportunities, equal treatment and equal access for all its applicants.
If you feel that you have been treated in an unfair or discriminatory way, due to one or more of the following characteristics: sex, race, colour, ethnic or social origin, genetic features, language, religion or belief, political or any other opinion, membership of a national minority, property, birth, disability, age or sexual orientation, please contact us straight away to share your observations and feelings.
We pay a lot of attention to feedback from applicants, who are at the heart of our policies and practices on equality, diversity and inclusion management. For more information on how we put these policies into practice, please see How EPSO ensure equal opportunities.
Έχω υποβάλει αίτημα επανεξέτασης αλλά δεν έχω λάβει απάντηση. Πρέπει να στείλω κάποια υπενθύμιση;
Jekk irċevejt konferma tar-riċevuta wara li tkun bgħatt l-ilment inizjali tiegħek, ma għandekx tibgħat tfakkira sakemm ma jkunx għadda tul ta’ żmien sinifikanti minn mindu ktibt.
It-tweġibiet għal reviżjoni jistgħu jieħdu diversi ġimgħat biex jitħejjew. Il-Bord ta’ Selezzjoni għandu jiltaqa’ biex jiddeċiedi, u hu biss wara li jsir dan li t-tweġibiet ikunu ppreparati u mibgħutin.
Τι θα συμβεί αν γίνω εκ νέου δεκτός/δεκτή στον διαγωνισμό μετά από επανεξέταση αλλά οι δοκιμασίες έχουν ήδη προχωρήσει στο επόμενο στάδιο;
Jekk il-Bord ta’ Selezzjoni jaċċettak mill-ġdid wara li jkun sar ir-rieżami, inti tidħol mill-ġdid fil-proċess fl-istadju fejn tkun ġejt eskluż, irrispettivament minn fejn tkun waslet sadattant il-kompetizzjoni.
Kien hemm problema b’parti speċifika tat-test bil-miktub jew l-MCQ relatata mal-qasam, x’nista’ nagħmel?
Should you have a serious doubt about the content of a test (WT or FRMCQ), please contact us only via the contact form for questions in your Single Candidate Portal account, within 3 calendar days of the date of your tests, by describing what the question or test part was about (content) in order to identify the question or part concerned and explain the nature of the alleged error as clearly as possible. Please also mention your candidate number (see the respective Annex of the Notice of Competition).
If the identified test content does not comply with EPSO´s strict quality criteria despite thorough quality controls in place, corrective measures will be taken.
You will receive a reply to your complaint about the test content shortly before the publication of the test results in your candidate account.
Nirċievi tweġiba jekk inressaq ilment tekniku dwar it-testijiet tar-raġunament għall-għażla tal-persunal kuntrattwali?
Mhux dejjem. Jiddependi fuq ir-riżultat tat-test tiegħek.
- Jekk l-ilment tekniku tiegħek jintlaqa’ u tkun għaddejt mit-testijiet tar-raġunament:
Tirċievi r-riżultati tat-test fil-profil tal-EPSO tiegħek biss.
Mhux se tirċievi tweġiba separata għall-ilment tekniku li tressaq. - Jekk l-ilment tekniku tiegħek jintlaqa’ u ma tkunx għaddejt mit-testijiet tar-raġunament:
Tirċievi messaġġ li jistiednek terġa’ tagħmel it-testijiet tar-raġunament f’waħda mis-sessjonijiet tal-ittestjar li jkun imiss.