FAQs
Nista’ nressaq ilment amministrattiv (l-Artikolu 90) qabel ma nirċievi t-tweġiba dwar rieżami (fuq l-istess suġġett)?
Question categories:
Le, jekk tħoss li jkun neċessarju, għandek tissottometti dan wara li tirċievi t-tweġiba dwar ir-rieżami. L-ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90 irid ikun ibbażat fuq deċiżjoni li taffettwa b’mod negattiv l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, jiġifieri f’dan il-każ, it-tweġiba għat-talba ta’ rieżami tal-Bord ta’ Selezzjoni. L-iskadenza biex tissottometti ilment skont l-Artikolu 90 hi ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta.