Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kien hemm problema b’waħda mill-mistoqsijiet b’għażla multipla tiegħi f’test tal-CAST Permanenti, x’nista’ nagħmel?

Jekk għandek xi tħassib serju dwar il-kontenut ta’ mistoqsija tat-test jekk jogħġbok ikkuntattjana fi żmien jum kalendarju (1) wieħed (jiġifieri sa tmiem il-jum wara t-testijiet). Ipprovdi dikjarazzjoni ċara taċ-ċirkostanzi, inkluż in-numru tal-kandidat tiegħek, kif deskritt fil-proċedura tas-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess.

Jekk jinstab li element ma jkunx konformi mal-kriterji ta’ kwalità tal-EPSO, jiġu applikati dawn il-miżuri korrettivi:

  • L-element se jiġi kkoreġġut jew jitneħħa mill-bażi ta’ data;
  • Jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi jekk l-EPSO jsib li kien hemm impatt negattiv fuq il-kandidat. F’każijiet bħal dawn, l-EPSO jagħti lil dak il-kandidat punt addizzjonali għal kull mistoqsija annullata, sa massimu ta’ punt wieħed għal kull mistoqsija b’kollox.

Il-kandidati li r-riżultati tat-testijiet tagħhom ma jistgħux jiġu affettwati mill-eżitu tal-ilment tagħhom - jew minħabba li jkunu kisbu l-punteġġi minimi meħtieġa jew minħabba li ma jilħqux il-punteġġ(i) minimu/i anki jekk l-ilment tagħhom jintlaqa’ - mhux se jkollhom miżuri korrettivi applikati.

Ilmenti sottomessi wara l-iskadenza jew ilmenti li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija/mistoqsijiet ikkontestata/i u/jew l-allegat(i) żball/żbalji mhux se jiġu kkunsidrati. L-ilmenti li sempliċement jindikaw kwistjonijiet allegati ta’ traduzzjoni, mingħajr ma jispeċifikaw il-problema, mhux se jiġu kkunsidrati.