Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Tradutturi (AD)

Il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tat-Tradutturi (AD) se jkollhom jgħaddu mit-testijiet li ġejjin:

  • Testijiet ta’ ħiliet ta’ raġunament

Għall-evalwazzjoni tal-ħiliet lingwistiċi tagħhom, jista’ jkollhom bżonn jgħaddu minn wieħed jew aktar mit-testijiet tal-għarfien lingwistiku li ġejjin:

  • Testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa 

         u/jew

  • Testijiet tat-traduzzjoni

         u/jew

  • Test tar-reviżjoni

         u/jew

  • Tipi oħra ta’ testijiet tal-għarfien lingwistiku
     
Testijiet ta’ raġunament

It-testijiet tar-raġunament huma kwestjonarji b’għażla multipla mfassla biex jevalwaw il-ħiliet tal-ħsieb loġiku tiegħek u l-kapaċità tiegħek li tifhem informazzjoni verbali u numerika, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn kunċetti astratti li ma humiex ta’ natura lingwistika, spazjali jew numerika.

Ipprova t-testijiet kampjun tagħna hawn taħt (Jekk jogħġbok innota li t-testijiet kampjun jistgħu jdumu aktar mis-soltu biex jillowdjaw)

Raġunament Verbali - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Numeriku - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Astratt - Disponibbli bi: MT

Tista’ tikkonsulta wkoll verżjoni aċċessibbli ta’ dawn il-kampjuni tat-testijiet.

Testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa

It-test tal-komprensjoni tal-lingwa jikkonsisti fi 12-il Mistoqsija b’Għażla Multipla (MCQs, Multiple-Choice Questions) imfassla biex jivvalutaw il-ħiliet lingwistiċi tiegħek fil-vokabularju, il-grammatika/is-sintassi, u l-istil.

Kull mistoqsija tippreżenta xenarju b’erba’ tweġibiet possibbli, u waħda minnhom biss hija korretta.

  • Punteġġ: Kull tweġiba korretta tagħti punt wieħed. Ma hemm l-ebda penali għal tweġibiet ħżiena.
  • Ħin: Għandek 25 minuta biex tlesti t-12-il mistoqsija kollha. Filwaqt li l-ġestjoni tal-ħin hija parti mill-valutazzjoni, it-test huwa mfassal b’tali mod li l-mistoqsijiet kollha jistgħu jitwieġbu b’mod raġonevoli fil-ħin allokat.
  • Għarfien meħtieġ: Il-mistoqsijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta fit-test u ma jeħtieġu l-ebda għarfien minn qabel.

Testijiet kampjun tal-komprensjoni tal-lingwa f’24 lingwa

Testijiet tat-traduzzjoni
Test tar-reviżjoni

It-test ta’ reviżjoni jikkonsisti fir-reviżjoni ta’ test li ġie tradott mil-Lingwa 2 għal-Lingwa 1.

Kampjun ta’ test ta’ reviżjoni

Test tal-għarfien lingwistiku

It-test tal-għarfien lingwistiku huwa test b’għażla multipla li jikkonsisti f’25 mistoqsija indipendenti.

Kull mistoqsija toffri erba’ għażliet ta’ tweġibiet (A, B, C, jew D), li waħda minnhom biss hija korretta.

Il-kandidati għandhom 25 minuta biex ilestu t-test. Il-mistoqsijiet jistgħu jeżaminaw kwalunkwe waħda minn dawn il-kompetenzi: grammatika, vokabularju, użu idjomatiku, ortografija u punteġġjatura.

Testijiet kampjun disponibbli fi: DA, DE, ES, EL, EN, FR, IT, MT, NL