CAST Permanent selection procedure attracts a high number of applications. However, the recruiting services only pre-select and shortlist a certain number of candidates whose profiles fit their needs.
Għaliex ma ġejtx preselezzjonat (fil-lista l-qasira) biex nagħmel it-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO?
When will I get the results of my tests for the contract staff selection procedure(CAST)?
You will receive your selection tests results for the contract staff selection procedure(CAST) via your Candidate account approximately 2-3 weeks after the tests.
Before publication, the results have been previously verified, approved and validated. Once the results communicated, the accuracy of the questions can no longer be challenged.
X’tipi ta’ testijiet se jkolli nagħmel wara li niġi preselezzjonat?
Il-kandidati magħżulin mis-servizzi ta’ reklutaġġ se jiġu mistednin jagħmlu sensiela ta’ testijiet ta’ raġunament f’format ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla. Il-kandidati se jagħmlu dawn it-testijiet bil-lingwa 1 tagħhom. Ara aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-IT u tekniċi għall-ittestjar online.
Jekk tgħaddi mit-testijiet organizzati mill-EPSO, is-servizz ta’ reklutaġġ jista’ jitolbok tagħmel aktar testijiet li jqis rilevanti għall-impjieg, bħal test ta’ abbozzar, test tas-sewqan, test tal-lingwa, eċċ. L-informazzjoni kollha dwar dawn it-testijiet se tiġi pprovduta mis-servizzi ta’ reklutaġġ.
Jekk jogħġbok iċċekkja t-testijiet kampjun tagħna (“Aġenti Kuntrattwali”) għal aktar informazzjoni.
X’jiġri wara li nissottometti l-applikazzjoni tiegħi?
Is-servizzi ta’ reklutaġġ se jfittxu fil-bażi tad-data tal-kandidati rreġistrati kollha u jagħżlu numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pożizzjoni vakanti tagħhom. Ara li taġġorna l-applikazzjoni tiegħek kull sitt xhur biex tibqa’ viżibbli u tkun għadek tista’ tinstab fil-bażi tad-data.
Il-kandidati magħżula biss se jiġu mistednin, permezz tal-Profil tal-EPSO tagħhom, biex jagħmlu test ta’ selezzjoni organizzat mill-EPSO.
Iċċekkja l-profil tal-EPSO tiegħek mill-anqas kull tlett ijiem kalendarji. Jekk tintgħażel, se tirċievi stedina li tindika d-data tat-test tiegħek.
Id-dati indikattivi tal-perjodi tat-testijiet huma ppubblikati fil-paġni tal-profili fis-sit web tagħna.
Jekk jogħġbok innota li mhuwiex possibbli li tbiddel id-data u l-ħin tat-testijiet tiegħek. Il-kandidati kollha se jiġu ttestjati fl-istess ħin.
Kif se jintgħażlu l-kandidati fil-proċedura tal-Persunal bil-kuntratt?
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal proċedura ta’ selezzjoni tal-Persunal bil-kuntratt (CAST Permanent) fiha nfisha ma tfissirx li se tiġi mistieden tagħmel it-testijiet. Dawk il-kandidati mqiegħda fil-lista preliminari mis-servizzi tar-reklutaġġ biss se jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet ta’ selezzjoni meta u jekk ikun hemm bżonn.
Il-proċess ta’ selezzjoni jikkonsisti minn dawn il-passi li ġejjin:
- Il-kandidati jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni(jiet) tagħhom u jaġġornawhom mill-inqas kull sitt xhur biex jikkonfermaw l-interess tagħhom u jibqgħu viżibbli fil-bażi tad-data.
- Meta jkun hemm bżonn, is-servizzi tar-reklutaġġ jagħżlu minn qabel (lista preliminari) mill-bażi tad-data tal-applikazzjonijiet kollha vvalidati u viżibbli numru ta’ kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni tas-servizzi.
- Xi 10 jiem qabel ma jsiru t-testijiet, il-kandidati preselezzjonati (magħżula) jiġu mistiedna għat-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO. Dawn huma kwestjonarji b’għażla multipla. Ara aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tekniċi u tal-IT għall-ittestjar online.
- Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet ta’ selezzjoni, jiġu mistiedna għal testijiet ta’ reklutaġġ organizzati mis-servizzi tar-reklutaġġ. Dawn it-testijiet jistgħu jinkludu intervista u forom oħra ta’ evalwazzjoni.
- Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet tar-reklutaġġ, jistgħu jirċievu offerta ta’ impjieg.
Nista’ nimmodifika l-kontenut tal-applikazzjoni tiegħi ladarba tkun ġiet sottomessa?
Għall-kompetizzjonijiet li jużaw il-Portal Uniku tal-Kandidati:
Iva, tista’ timmodifika l-formola tal-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, sakemm id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni ma tkunx għaddiet. Ladarba tgħaddi d-data tal-iskadenza, il-formola tal-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi modifikata aktar.
Jekk teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, tinsiex terġa’ tikklikkja “Issottometti”. Inkella, l-applikazzjoni tiegħek tibqa’ fi status ta’ abbozz u ma titqiesx.
Nota: Tista’ taġġorna s-CV tiegħek fil-Portal Uniku tal-Kandidati fi kwalunkwe ħin. Madankollu, il-verżjoni sottomessa mal-applikazzjoni tiegħek biss se titqies meta tiġi vverifikata l-eliġibbiltà għall-kompetizzjoni speċifika li applikajt għaliha. Kwalunkwe aġġornament sussegwenti mhux se jaffettwa l-applikazzjoni sottomessa minnek.
Għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal kuntrattwali (CAST Permanenti):
Tista’ timmodifika l-applikazzjoni(jiet) tiegħek u tapplowdja jew taġġorna s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin fil-Profil tal-EPSO tiegħek.
Tinsiex taġġorna l-applikazzjoni(jiet) tiegħek tal-anqas kull sitt xhur jekk tixtieq tibqa’ viżibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. Dan japplika irrispettivament minn jekk għaddejtx jew le mit-testijiet.
L-applikazzjoni CAST/P/2015 tiegħi għadha valida?
L-applikazzjonijiet kollha għall-EPSO/CAST/P/1-4/2015 (CAST għall-Aġenziji Eżekuttivi) ivvalidati sa 25.11.2016 (nofsinhar ħin ta’ Brussell) ġew awtomatikament migrati għall-CAST Permanenti (EPSO/CAST/P/1-4/2017).
Jekk diġà għaddejt b’suċċess mit-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO għall-EPSO/CAST/P/1–4/2015, ir-riżultati tiegħek jibqgħu validi.
X’inhuma d-dmirijiet ta’ Aġent Kuntrattwali fl-Istituzzjonijiet tal-UE?
Id-dmirijiet speċifiċi jiddependu fuq il-profil li jinteressak. Ara l-Anness I tas-Sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess għal eżempji dettaljati ta’ dmirijiet għal kull profil.
L-aġenti kuntrattwali huma impjegati għal perjodu limitat, b’kuntratt inizjali ta’ minn 6 sa 12-il xahar.
F’xi korpi tal-UE, jista’ jkun possibbli li l-kuntratt jiġġedded għal perjodu ta’ żmien indefinit.
Xi jfissru l-gruppi ta’ funzjoni differenti?
Il-pożizzjonijiet għal persunal bil-kuntratt huma disponibbli għal firxa wiesgħa ta’ impjiegi, li jeħtieġu livelli differenti ta’ kwalifiki. Huma jinqasmu f’erba’ gruppi ta’ funzjoni:
- I. xogħol manwali jew ħidma ta’ servizz ta’ appoġġ amministrattiv
- II. ħidma klerikali jew segretarjali, tmexxija tal-uffiċċju u xogħol ta’ dan it-tip
- III. xogħol eżekuttiv, abbozzar, kontabilità u dan it-tip ta’ xogħol tekniku
- IV. xogħol amministrattiv, konsultattiv, lingwistiku u ta’ dan ix-xorta.
X’inhuma l-istruzzjonijiet biex nagħmel it-testijiet bil-kompjuter?
Jekk jogħġbok iċċekkja l-Avviż ta’ Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess tal-proċedura tas-selezzjoni tiegħek għan-numru ta’ mistoqsijiet, it-tul ta’ żmien u l-punteġġi minimi meħtieġa għat-testijiet.
It-testijiet tal-EPSO kollha huma organizzati online. Jekk jogħġbok iċċekkja l-Ittestjar Online – X’għandek tkun taf. L-istruzzjonijiet dettaljati għat-testijiet online jintbagħtu flimkien mal-istedina għat-testijiet permezz tal-Kontijiet tal-kandidati.