Kif se jintgħażlu l-kandidati fil-proċedura tal-CAST Permanent?
Question categories:
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal proċedura ta’ selezzjoni tal-CAST Permanent fiha nfisha ma tfissirx li se tiġi mistieden tagħmel it-testijiet. Dawk il-kandidati mqiegħda fil-lista preliminari mis-servizzi tar-reklutaġġ biss se jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet ta’ selezzjoni meta u jekk ikun hemm bżonn.
Il-proċess ta’ selezzjoni jikkonsisti minn dawn il-passi li ġejjin:
- Il-kandidati jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni(jiet) tagħhom u jaġġornawhom mill-inqas kull sitt xhur biex jikkonfermaw l-interess tagħhom u jibqgħu viżibbli fil-bażi tad-data.
- Meta jkun hemm bżonn, is-servizzi tar-reklutaġġ jagħżlu minn qabel (lista preliminari) mill-bażi tad-data tal-applikazzjonijiet kollha vvalidati u viżibbli numru ta’ kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni tas-servizzi.
- Xi 10 jiem qabel ma jsiru t-testijiet, il-kandidati preselezzjonati (magħżula) jiġu mistiedna għat-testijiet ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO. Dawn huma kwestjonarji b’għażla multipla. Ara aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tekniċi u tal-IT għall-ittestjar online.
- Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet ta’ selezzjoni, jiġu mistiedna għal testijiet ta’ reklutaġġ organizzati mis-servizzi tar-reklutaġġ. Dawn it-testijiet jistgħu jinkludu intervista u forom oħra ta’ evalwazzjoni.
- Il-kandidati li jgħaddu mit-testijiet tar-reklutaġġ, jistgħu jirċievu offerta ta’ impjieg.