Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Nista’ nimmodifika l-kontenut tal-applikazzjoni tiegħi ladarba tkun ġiet ivvalidata?

Question categories:

Bl-eċċezzjoni tal-CAST Permanent għall-aġenti kuntrattwali (ara aktar informazzjoni dwar din il-proċedura ta’ selezzjoni), ladarba tiġi vvalidata, ma tkunx tista’ timmodifika aktar il-kontenut tal-applikazzjoni tiegħek, peress li l-EPSO jipproċessa d-data immedjatament.

Għall-CAST Permanent:

Tista’ timmodifika l-kontenut tal-applikazzjoni(jiet) tiegħek għall-proċedura ta’ selezzjoni tal-CAST Permanent u tapplowdja jew taġġorna s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin fil-Profil tal-EPSO tiegħek.

Tinsiex taġġorna l-applikazzjoni(jiet) tiegħek tal-anqas kull sitt xhur jekk tixtieq tibqa’ viżibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. Dan japplika irrispettivament minn jekk għaddejtx jew le mit-testijiet.