Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Ma nistax nilloggja fil-Profil tal-EPSO tiegħi jew nikkonsultah, x’għandi nagħmel?

Question categories:

Iċċekkja li qed tuża l-login u l-password korretti (ara “Insejt il-username/login? / Insejt il-password?”).

Ftakar: m’għandekx permess toħloq aktar minn Profil tal-EPSO wieħed, iżda f’każ li l-Profil tal-EPSO tiegħek tħassar, tista’ toħloq wieħed ġdid għall-applikazzjonijiet futuri tiegħek. Il-Profil tal-EPSO tiegħek għandu mnejn tħassar skont l-istqarrija ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali. Fil-qosor, b’mod regolari nħassru l-kontijiet li ġejjin:

  • Il-Profili tal-EPSO bla applikazzjonijiet u li nħolqu aktar minn sena ilu
  • Il-Profili tal-EPSO tal-anqas b’applikazzjoni waħda, u fejn l-applikazzjonijiet kollha tiegħek jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
    • Int tpoġġejt fuq Lista ta’ Riżerva ta’ kandidati li għaddew u kont reklutat aktar minn sena ilu;
    • Int tpoġġejt fuq Lista ta’ Riżerva ta’ kandidati li għaddew u ma kontx reklutat, iżda l-Lista ta’ Riżerva issa hi magħluqa;
    • Ma tpoġġejtx fuq Lista ta’ Riżerva ta’ kandidati li għaddew u l-proċedura ta’ selezzjoni ngħalqet aktar minn sena ilu.

Jista’ jkollok profil wieħed biss tal-EPSO u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn profil wieħed.

Tista’ tiċċekkja jekk diġà għandekx Profil tal-EPSO hawnhekk: Insejt il-username/login? Daħħal wieħed wieħed l-indirizzi tal-email kollha li stajt użajt biex toħloq Profil tal-EPSO u ċċekkja jekk tirċevix messaġġ f’dak l-indirizz tal-email.

Imbagħad tista’ wkoll tirkupra l-password biex terġa’ taċċessa l-profil tal-EPSO tiegħek: Insejt il-password?

Jekk xorta waħda ma tistax tilloggja, jekk ma tistax tiftakar l-email fil-Profil tal-EPSO tiegħek jew m’għadx għandekx aċċess għalih, jekk jogħġbok ikkuntattjana immedjatament. Jekk tibgħatilna kopja tal-ID jew tal-passaport tiegħek u tipprovdilna l-indirizz tal-email il-ġdid tiegħek, nistgħu nbiddlu l-email fil-Profil tal-EPSO tiegħek.

Jekk ikollok bżonn tbiddel l-indirizz tal-email tiegħek u għad għandek aċċess għal dak illinkjat mal-Profil tal-EPSO tiegħek:

Tista’ tbiddel l-indirizz tal-email ta’ komunikazzjoni tiegħek fil-profil tal-EPSO tiegħek stess, billi tikklikkja fuq “Data personali” u mbagħad fuq “Editja d-data personali tiegħi”. Tinsiex tissejvja wara li tkun daħħalt il-bidla.

Ladarba tillinkja l-indirizz tal-email il-ġdid tiegħek mal-profil tal-EPSO tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana mill-ġdid b’mod urġenti permezz tal-formola ta’ kuntatt biex tikkonferma li lestejt il-bidla, sabiex inkunu nistgħu ninfurmaw lill-kuntrattur tagħna dwar il-bidla fl-indirizz tal-email tiegħek.

Jekk ikollok bżonn tbiddel l-indirizz tal-email tiegħek u m’għadx għandek aċċess għal dak illinkjat mal-profil tal-EPSO tiegħek:

Jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ ġdid permezz tal-formola ta’ kuntatt flimkien mal-kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tiegħek li turi d-data tat-twelid tiegħek. Imbagħad inkunu nistgħu nidentifikawk fis-sistema u nbiddlu l-indirizz tal-email għalik.