Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif timla l-formola tal-applikazzjoni

how to apply

Qabel ma tapplika għal kompetizzjoni:

PASS 1 - Illoggja fil-Portal Uniku tal-Kandidati billi tuża l-kont tal-EU Login tiegħek. Jekk ma għandekx wieħed, l-ewwel trid toħolqu.  

 

PASS 2 - Aġġorna l-Profil tiegħek

  1. Mur f'Il-kont tiegħi --> Il-Profil Tiegħi
  2. Iċċekkja li d-data personali tiegħek hija korretta. Jekk le:
  • Kandidati interni: biex titlob aġġornament, ikkuntattja lis-servizz tal-HR tiegħek
  • Kandidati esterni: biex titlob aġġornament, ikklikkja “Talba biex taġġorna d-data personali tiegħek”
  1. Jekk ikun meħtieġ, editja l-Informazzjoni Personali ta’ Kuntatt tiegħek billi tikklikkja l-qasam rispettiv u tissejvja l-informazzjoni aġġornata
  2. Agħżel il-Preferenzi tal-Utent tiegħek
  3. Nazzjonalitajiet: żid mill-inqas nazzjonalità waħda tal-UE
  • Ikklikkja Żid Nazzjonalitajiet
  • Agħżel mill-menu li jinżel
  • Id-dati tal-bidu u tat-tmiem huma fakultattivi
  • Ikklikkja Issejvja
  • Ikklikkja Lura
  1. Agħżel il-Preferenzi tal-Utent tiegħek
  2. Ikklikkja Issejvja

 

PASS 3 - Oħloq is-CV tiegħek

Trid timla s-CV tiegħek darba biss — dan se jiġi ssejvjat fil-Profil Uniku tal-Kandidati tiegħek u jista’ jiġi aġġornat jew użat mill-ġdid għal applikazzjonijiet futuri. Tista’ timla s-CV tiegħek bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Jekk qed tapplika għall-ewwel darba permezz tal-Portal Uniku tal-Kandidati, ħalli biżżejjed żmien biex tlestih bir-reqqa.

  • Mur f’“Il-kont tiegħi”“Is-CV tiegħi”, u imla l-esperjenza professjonali, l-edukazzjoni ut-taħriġ, u l-ħiliet lingwistiċi tiegħek.
    • Jekk diġà taħdem ma’ istituzzjoni jew korp tal-UE, tista’ tiftaħ is-SYSPER biex tikkopja u tippejstja l-esperjenza tiegħek fis-CV.
  • Tella’ dokument tal-identità validu.
  • Tista’ żżid links għal paġni web f’taqsimiet differenti tas-CV tiegħek. Ikklikkja s-simbolu tal-lukkett biex tiftaħ, daħħal il-link u erġa’ agħlaq il-lukkett.
  • Ikklikkja “Issejvja” fit-tmiem tal-formola kull darba li żżid rekord fis-CV tiegħek.

Tista’ taġġorna s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin. Żgura li jkun aġġornat meta tapplika. Jekk teditja s-CV tiegħek wara li tissottometti applikazzjoni, trid terġa’ tissottomettiha qabel l-iskadenza sabiex il-verżjoni l-ġdida tkun illinkjata mal-applikazzjoni tiegħek.
 

Esperjenza professjonali

Ikklikkja “Żid esperjenza professjonali” biex iddaħħal:

  • id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-impjieg
  • id-dettalji dwar l-impjegatur
  • Post
  • Deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħek

data dwar l-esperjenza tax-xogħol li għandha tiddaħħal data dwar l-esperjenza tax-xogħol li għandha tiddaħħal

 

Edukazzjoni u taħriġ

Żid id-dettalji dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħek, bħal:

  • it-titolu tad-diploma jew il-kwalifika tiegħek
  • l-isem tal-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni minn fejn ksibthom
  • l-indirizz tal-istituzzjoni
  • il-livell tal-kwalifika miksub

 
Ħiliet lingwistiċi

Żid il-ħiliet lingwistiċi tiegħek u indika l-livell tiegħek għal:

  • Taħdit
  • Kitba
  • Qari

Tista’ żżid aktar minn lingwa waħda u dejjem għandek tinkludi l-lingwa materna tiegħek.
 

PASS 4 - Ikklikkja l-menu: “Applika għal kompetizzjoni”   
  

 
PASS 5 - Imla l-formola tal-applikazzjoni

Tista’ ssib il-lista tal-oqsma li għad iridu jimtlew fil-qiegħ ta’ kull paġna tas-CV/tal-applikazzjoni (taħt “Informazzjoni meħtieġa”).

Tista’ tissejvja l-applikazzjoni bħala abbozz u tissottomettiha aktar tard. 

L-applikazzjonijiet li ma jiġux sottomessi sal-iskadenza ma jitqisux. F’każ ta’ problema bl-applikazzjoni tiegħek, ikkuntattja lill-EPSO ferm qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.

Eliġibbiltà 

 

Iddikjara li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-eliġibbiltà, kif indikat fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni, sal-iskadenza għall-applikazzjonijiet.    

Il-kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kollha sal-iskadenza tal-applikazzjoni ma għandhomx japplikaw.

 

 Data dwar ir-reġistrazzjoni

Agħżel il-lingwi li tixtieq tagħmel it-testijiet bihom (Lingwa 1, Lingwa 2, eċċ.) skont il-“Lingwi użati f’din il-kompetizzjoni” fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Ma tkunx tista’ tbiddel dawn il-lingwi wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.   
Tista’ timla u tissottometti l-applikazzjoni bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.   
       

Iddikjara t-talba tiegħek għal aġġustamenti speċifiċi minħabba diżabbiltà jew kundizzjoni medika, li jkunu jeħtieġu akkomodament raġonevoli (jiġifieri aġġustamenti) u segwi l-istruzzjonijiet fil-formola tal-applikazzjoni. Tista’ ssib aktar informazzjoni fil-paġni web iddedikati.

     aġġustamenti speċjali

 

Motivazzjonijiet u punti pożittivi

L-informazzjoni fit-taqsima dwar il-motivazzjoni u l-punti pożittivi tal-applikazzjoni tiegħek ma tintużax għal skopijiet ta’ valutazzjoni matul il-proċedura ta’ selezzjoni, iżda meta tabbozzaha żomm f’moħħok li din se tiġi trasferita lis-servizzi ta’ reklutaġġ jekk jirnexxilek tagħmel parti mil-lista ta’ riżerva. 

 
Dikjarazzjoni

Qabel ma tissottometti l-formola tal-applikazzjoni, trid tiddikjara li l-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħek hija kompluta u korretta.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE mistennija jaġixxu bl-ogħla integrità possibbli, f’konformità mal-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 28(c) tar-Regolamenti tal-Persunal. 

F’każ ta’ frodi jew attentat ta’ frodi, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li jiddikjara kandidat ineliġibbli għal kompetizzjonijiet futuri għal perjodu ta’ żmien limitat.

 

PASS 6 - Tella’ d-dokumenti ta’ sostenn tiegħek

  • Tella’ d-dokumenti li jappoġġaw l-informazzjoni fl-applikazzjoni tiegħek (pereż. prova tal-edukazzjoni u l-esperjenza professjonali) sal-iskadenza indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni.
  • Kull entrata fit-taqsimiet “Esperjenza professjonali” u “Edukazzjoni u taħriġ” trid tinkludi mill-inqas dokument ta’ sostenn wieħed mehmuż permezz tas-simbolu tal-paper clip fir-rokna ta’ fuq tal-lemin. L-entrati mingħajr dokumenti ta’ sostenn ma jiġux ikkunsidrati.
  • Normalment ma jkunux meħtieġa dokumenti ta’ sostenn għall-ħiliet lingwistiċi. Iċċekkja l-avviż ta’ kompetizzjoni għal eċċezzjonijiet possibbli (pereż. kompetizzjonijiet għal profili lingwistiċi).
  • Jekk ittella’ d-dokumenti tiegħek qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek u qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid ittellagħhom fit-taqsima rilevanti tas-CV tiegħek (taħt “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza professjonali”).
  • Jekk ittella’ d-dokumenti tiegħek wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek u wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid ittellagħhom fit-taqsima rilevanti tal-applikazzjoni tiegħek (u mhux fis-CV tiegħek) (taħt “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza professjonali”).

 

KIF TIMMODIFIKA L-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK

Dejjem għandek aċċess għall-applikazzjonijiet sottomessi u għall-abbozzi tiegħek fit-taqsima “L-applikazzjonijiet tiegħi”. Xorta tista’ tħassarhom jew timmodifikahom fi kwalunkwe ħin qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.

Jekk teditja l-applikazzjoni tiegħek wara li tissottomettiha, tinsiex terġa’ tikklikkja “Issottometti”. Inkella, l-applikazzjoni tiegħek tibqa’ fi status ta’ abbozz u ma titqiesx.

Wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, tista’ tirtira l-applikazzjoni tiegħek permezz tal-formola “Talba għal tħassir jew irtirar” fit-taqsima Ikkuntattjana tal-kont. 

 

l-applikazzjonijiet tiegħi

Status differenti tal-applikazzjoni:

ABBOZZ - Għadha ma ġietx sottomessa (L-abbozzi tal-applikazzjonijiet jitħassru wara l-iskadenza).

IKKANĊELLATA MODIFIKATA — Editjajt l-applikazzjoni inizjali tiegħek, li awtomatikament toħloq applikazzjoni ġdida. L-applikazzjoni preċedenti tiegħek tiġi “ikkanċellata mmodifikata”

VALIDATA — Applikazzjonijiet sottomessi.

GĦADHA GĦADDEJJA — Wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, l-applikazzjoni sottomessa tkun “GĦADHA GĦADDEJJA”.  

IKKANĊELLATA — Applikazzjoni kkanċellata minnek. 

INVALIDA — L-applikazzjoni tiegħek mhijiex valida u ma tistax titqies

SKWALIFIKATA — L-applikazzjoni tiegħek tista’ tiġi skwalifikata f’konformità mal-avviż tal-kompetizzjoni