Il-pubblikazzjoni tal-ismijiet fil-lista ta’ riżerva ppubblikata fuq is-sit web tal-EPSO hi formalità u m’għandha ebda impatt fuq il-proċess ta’ reklutaġġ.
L-għażla tiegħek li ma tħallix ismek jiġi ppubblikat ma taffettwax l-opportunitajiet ta’ reklutaġġ tiegħek peress li s-servizzi ta’ reklutaġġ għandhom aċċess għal-lista ta’ riżerva sħiħa.
Jekk ma tixtieqx li ismek jiġi ppubblikat fil-paġna tal-lista ta’ riżerva, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-EPSO kif xieraq.