Skip to main content

FAQs

Bħala kandidat li għaddejt, nippreferi li ismi ma jiġix ippubblikat fuq is-sit web. Dan se jaffettwa b’mod negattiv ir-reklutaġġ tiegħi?

Question categories:

Il-pubblikazzjoni tal-ismijiet fil-lista ta’ riżerva ppubblikata fuq is-sit web tal-EPSO hi formalità u m’għandha ebda impatt fuq il-proċess ta’ reklutaġġ.

L-għażla tiegħek li ma tħallix ismek jiġi ppubblikat ma taffettwax l-opportunitajiet ta’ reklutaġġ tiegħek peress li s-servizzi ta’ reklutaġġ għandhom aċċess għal-lista ta’ riżerva sħiħa.

Jekk ma tixtieqx li ismek jiġi ppubblikat fil-paġna tal-lista ta’ riżerva, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-EPSO kif xieraq.