FAQs
Kemm iddum valida l-lista ta’ riżerva tiegħi?
Question categories:
Il-listi ta’ riżerva ġeneralment huma validi għal sena waħda (jew tliet snin għall-kompetizzjonijiet speċjalizzati). L-EPSO jista’ jestendi l-validità tagħhom skont il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE. Id-deċiżjonijiet dwar l-estensjonijiet normalment jittieħdu ftit qabel ma tiskadi l-lista u jiġu ppubblikati fis-sit web EU Careers.
Il-perjodu ta’ validità jibda mill-mument li l-kandidati li rnexxew ikunu notifikati li tqiegħdu fil-lista ta’ riżerva.
Il-perjodu ta’ validità inizjali huwa ppubblikat fil-paġna tal-Listi ta’ Riżerva. Kwalunkwe dewmien fil-pubblikazzjoni tal-lista f’din il-paġna m’għandu l-ebda impatt fuq il-proċess ta’ reklutaġġ innifsu.