Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Jiena għandi diżabilità jew kundizzjoni medika li teħtieġ aġġustamenti fit-tagħmir tal-uffiċċju u/jew fl-ambjent tax-xogħol tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja?

Jekk jogħġbok innota li l-EPSO ma jgħaddix informazzjoni dwar id-diżabilità u l-bżonnijiet speċifiċi tiegħek lid-dipartimenti tar-reklutaġġ, sabiex tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità tad-data u n-nondiskriminazzjoni. 

Jekk għandek diżabilità jew kundizzjoni medika li teħtieġ aġġustamenti jew għandek xi bżonnijiet speċifiċi, għandek tinforma lill-impjegatur futur tiegħek direttament meta tiġi rreklutat. 

 F’din il-paġna ssib informazzjoni dwar l-azzjoni pożittiva segwita minn ċerti impjegaturi: Programmi ta’ azzjoni pożittiva