Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kien hemm problema f'waħda mill-Mistoqsijiet b’Għażla Multipla għall-kompetizzjoni miftuħa tiegħi, x'nista’ nagħmel?

Question categories:

F’każ li jkollok dubju serju dwar il-kontenut ta’ mistoqsija tat-test, ikkuntattjana biss permezz tas-sit web tal-EPSO (Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati) fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tal-mistoqsijiet b’għażla multipla tiegħek, billi tiddeskrivi dwar xiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tidentifika l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i u tispjega n-natura tal-iżball allegat bl-aktar mod ċar possibbli. Jekk jogħġbok semmi wkoll in-numru tal-kandidat tiegħek (ara l-Anness rispettiv għall-Avviż ta’ kompetizzjoni).

Jekk mistoqsija identifikata ma tkunx konformi mal-kriterji ta’ kwalità stretti tal-EPSO minkejja l-kontrolli tal-kwalità dettaljati li hemm fis-seħħ, il-miżuri korrettivi huma kif ġej:

  • Il-mistoqsija se tiġi kkoreġġuta jew se titneħħa mill-bażi tad-data
  • Il-mistoqsija se tiġi kkanċellata (“newtralizzata”) u l-punti jitqassmu mill-ġdid fost il-bqija tal-mistoqsijiet tat-test
  • Dawk il-kandidati li jkunu rċevew il-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid.
  • L-għoti ta’ punteġġi tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti tal-avviż ta’ kompetizzjoni.

Se tirċievi tweġiba għall-ilment tiegħek dwar il-kontenut tat-test ftit qabel il-pubblikazzjoni tar-riżultati tat-test fil-profil tal-EPSO tal-kandidati.