Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

PROTEZZJONI TAD-<em>DATA</em> PERSONALI TIEGĦEK

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni ta’ pproċessar: Immaniġġjar tal-abbonamenti għas-sit web Karrieri mal-UE biex tirċievi informazzjoni

Kontrollur tad-Data: L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, Unità 04 (EPSO.04)

Referenza tar-rekord: DPR-EC-03928

 

Werrej

  1. Introduzzjoni
  2. Għalfejn u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek
  4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
  5. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?
  6. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
  7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
  8. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?
  9. Informazzjoni ta’ kuntatt
  10. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?

 

  1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hija impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data personali tiegħek. Hi tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ pproċessar “Immaniġġjar tal-abbonamenti għas-sit web Karrieri mal-UE biex tirċievi informazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-unità EPSO.04 hi ppreżentata hawn taħt.

  1. Għalfejn u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar: L-unità EPSO.04 tiġbor l-informazzjoni personali tiegħek (e-mail), permezz ta’ għażla għall-abbonament fis-sit web Karrieri mal-UE tagħna, biex jintbagħtulek notifiki kull darba li tiġi ppubblikata kompetizzjoni ġdida jew meta jkun hemm aġġornamenti għal kompetizzjoni li tkun għaddejja.

Id-data personali tiegħek mhijiex se tintuża biex jittieħdu deċiżjonijiet b’mod awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.

  1. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek

Nipproċessaw id-data personali tiegħek għaliex inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal għan speċifiku wieħed jew aktar (l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Għal attivitajiet speċifiċi ta’ pproċessar, hemm bżonn tal-kunsens tiegħek. F’konformità mal-Artikolu 3(15) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-kunsens irid jingħata liberament, ikun speċifiku, infurmat u mhux ambigwu u jista’ jiġi espress permezz ta’ email, formola ta’ reġistrazzjoni elettronika ppreżentata (li huwa l-każ għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar), jew fi kwalunkwe forma oħra bil-miktub.

Għall-fini tal-operazzjoni ta’ pproċessar inkwistjoni, il-Kontrollur tad-Data jqis li l-ipproċessar huwa legali peress li d-data personali hija pprovduta mis-soġġetti tad-data nfushom li jixtiequ jabbonaw mas-servizz tan-notifiki tal-aħbarijiet bl-email ta’ Karrieri mal-UE.

  1. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar l-unità EPSO.04 tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

  • Dettalji ta’ kuntatt: indirizz tal-email

Mhuwiex obbligatorju li tiġi pprovduta data personali.

  1. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?

L-unità EPSO.04 iżżomm id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri sakemm tneħħi l-abbonament tiegħek mis-servizz ta’ notifika. Dan jista’ jsir fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja l-link li jħassar l-abbonament fi kwalunkwe email ta’ notifika li tasal mingħand is-servizz ta’ notifika ta’ Karrieri mal-UE.

  1. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali tiegħek (email) tinħażen fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa u ta’ kriptaġġ biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf ta’ data, il-modifika ta' data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għall-persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

  1. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli biex iwettaq din l-attività ta’ pproċessar u lil staff ieħor tal-Kummissjoni awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Jekk jogħġbok innota li skont l-Artikolu 3(13) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-awtoritajiet pubbliċi (eż. il-Qorti tal-Awdituri, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE) li jistgħu jirċievu data personali fil-kuntest ta’ inkjesta partikolari f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew tal-Istat Membru ma għandhomx jitqiesu bħala riċevituri. L-ipproċessar ulterjuri ta’ dik id-data minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandu jkun f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data skont l-għanijiet tal-ipproċessar.

  1. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?

Għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa d-data personali tiegħek u li tirranġaha f’każ li d-data personali tiegħek ma tkunx preċiża jew ma tkunx kompluta. Fejn ikun applikabbli, għandek id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek, li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li toġġezzjona għall-ipproċessar u d-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Inti tajt il-kunsens tiegħek li tipprovdi d-data personali tiegħek lill-EPSO.04 għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens tiegħek.

Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab fl-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita drittijietek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-Referenza/i tar-rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

  1. Informazzjoni ta’ kuntatt
  • Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, EPSO.04, permezz tal-email funzjonali EPSO-DATA-PROTECTION-COORDINATOR@ec.europa.eu.

  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri, tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li drittijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

  1. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru b’dan il-link: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-03928.