Trid tapplika permezz tas-sit web tagħna. Ikklikkja fuq “Aħdem għall-UE” u mbagħad fuq “Applika għal kompetizzjoni għal staff permanenti”. Agħżel il-proċedura ta’ selezzjoni li tinteressak mil-lista u aqra b’attenzjoni l-informazzjoni li tinsab fil-paġna web tal-kompetizzjoni.
Ikklikkja fuq il-buttuna blu “Applika” li se tiddiriġik għall-paġna biex tilloggja fil-kont tal-Kandidat tiegħek.
Jekk għad m’għandekx kont fil-Portal Uniku tal-Kandidati, l-ewwel trid toħloq wieħed ġdid.
Segwi l-istruzzjonijiet ippubblikati hawnhekk biex toħloq il-kont u tissottometti l-applikazzjoni tiegħek fil-Portal Uniku ta’ Kandidati.
L-applikazzjonijiet spontanji ma jistgħux jitqiesu.