Portal Uniku tal-Kandidati - Struzzjonijiet
Hawn taħt issib informazzjoni importanti dwar kif tuża l-Portal Uniku tal-Kandidati.
Il-Portal huwa diponibbli fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE. Madankollu, minkejja li nagħmlu l-almu kollu tagħna, l-EPSO ma jistax jeskludi li f’xi każijiet, ċerti taqsimiet mhumiex kompletament tradotti jew li t-traduzzjoni tista’ ma tkunx l-aktar preċiża possibbli. F’każijiet bħal dawn, l-Ingliż jibqa’ l-lingwa ta’ referenza.
Jekk issib xi problema biex taċċessa l-Portal jew biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ikkuntattjana.