Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’inhi “kwota”?

L-istituzzjonijiet huma mogħtija ċertu kwota ta’ kandidati li jistgħu jirreklutaw mil-lista ta’ riżerva. Din l-informazzjoni hija disponibbli biss għall-EPSO u l-istituzzjonijiet tal-UE. 

Il-kwoti jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tal-istituzzjoni(jiet) partikolari matul perjodu partikolari. 

Ir-reklutaġġ minn istituzzjoni oħra matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-kwota/i huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-istituzzjoni(jiet) ikkonċernata/i. 

Il-kwota normalment titneħħa tliet xhur (għall-ġeneralisti) jew sitt xhur (għal xi kompetizzjonijiet għall-ispeċjalisti) wara l-pubblikazzjoni tal-lista ta’ riżerva, jew tista’ tiġi estiża, fuq approvazzjoni tal-istituzzjoni(jiet) ikkonċernata/i.

L-EPSO mhuwiex involut fid-deċiżjoni li titneħħa l-kwota, iżda ninfurmaw lill-kandidati fuq il-paġna web tal-kompetizzjoni hekk kif tittieħed deċiżjoni bħal din mill-istituzzjonijiet ta’ reklutaġġ.