Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Prinċipji operattivi

Tliet prinċipji ewlenin jiggwidaw l-azzjonijiet futuri tal-EPSO biex tinkiseb il-viżjoni tagħna:

  • Preċiżjoni: l-EPSO jistinka biex jadotta l-aħjar metodi ta’ għażla, billi jittestja l-kompetenzi t-tajba bit-testijiet it-tajba. L-għan huwa li jiġu mmirati l-aktar kandidati xierqa u tiġi evalwata l-prestazzjoni tagħhom skont l-aħjar prattiki internazzjonali.
  • Aġilità: il-proċessi tal-EPSO huma dejjem aktar modulari u adattabbli għat-talbiet speċifiċi tal-klijent. Il-feedback tagħhom u r-reviżjonijiet interni huma parti integrali ta’ dan l-approċċ.
  • Veloċità: it-tul tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO qed jiqsar. Dan jinkiseb billi tiġi antiċipata u msaħħa l-ħidma tal-bordijiet tal-għażla u l-persunal, tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet klijenti u jiġu ssimplifikati l-proċessi tal-għażla, billi jitneħħewlhom elementi burokratiċi bla bżonn.