Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Liġi

L-avukati jittrattaw l-aspetti legali kollha relatati mal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE. Huma involuti fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE u jaħdmu f’setturi bħall-kompetizzjoni tas-suq, il-kriminalità, il-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni transfruntiera, is-servizzi bankarji, il-prevenzjoni tal-frodi, il-ftehimiet internazzjonali, il-liġi tal-konsumatur, biex insemmu ftit.

Ġurist lingwist

Deskrizzjoni tal-impjieg

Il-ġuristi lingwisti tal-UE jiżguraw li l-leġiżlazzjoni l-ġdida kollha tiġi tradotta b’mod korrett f’lingwi oħra tal-UE u tirrifletti fedelment it-test li fih kienet oriġinarjament maħsuba.

L-impjieg jeħtieġ avukati kapaċi b’kapaċitajiet lingwistiċi eċċellenti. Il-kompiti tagħhom jinkludu li jsegwu proċeduri leġiżlattivi matul il-proċess kollu u jaġixxu bħala konsulenti; jipprovdu gwida dwar l-abbozzar leġiżlattiv; jiċċekkjaw, jirrevedu t-testi legali u jirrieżaminaw il-konformità tagħhom mar-regoli formali, fost kompiti oħra. 

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien profond tal-anqas ta' tnejn oħra kif ukoll lawrja fil-liġi. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Barra minn hekk, tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn l-opportunitajiet ta’ kuntratt temporanju fuq is-sit web tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Avukat

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-avukati tal-UE jipprovdu pariri legali, jiżguraw il-legalità u l-kwalità tal-abbozzar tal-atti legali, iwettqu riċerka legali estensiva, janalizzaw u jaġixxu bħala aġenti tal-istituzzjonijiet fi proċedimenti ġudizzjarji. 
Id-dmirijiet tagħhom jinkludu l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ politika legali; jipprovdu pariri legali lill-maniġment superjuri; jipparteċipaw f’negozjati interistituzzjonali għall-adozzjoni ta’ atti legali tal-UE; jikkoordinaw mal-awtoritajiet nazzjonali tal-UE biex tittejjeb il-leġiżlazzjoni nazzjonali; jirrappreżentaw l-istituzzjonijiet tal-UE fi proċedimenti legali; iwettqu riċerka u analiżi fil-fond; jipparteċipaw f’laqgħat legali f’livell internazzjonali, fost oħrajn.
 
Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma perfetta ta' mill-anqas żewġ lingwi tal-UE, lawrja fil-liġi għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-uffiċjali fil-livell ta’ amministraturi), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7). Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.