When relevant, the field-related tests questions are based on the official texts in force on the date of publication of the notice of competition.
Liema verżjoni tat-test(i) uffiċjali għandi nqis għat-test tiegħi relatat mal-qasam?
Għandi dokument tal-identità li ma fihx ismi u ritratt fuq l-istess naħa u dalwaqt se nagħmel test online. X’għandi nagħmel?
Jekk l-ID tiegħek ma jkollux ismek u r-ritratt tiegħek fuq l-istess naħa, jekk jogħġbok applowdja file PDF wieħed li juri ż-żewġ naħat tal-ID fil-profil tal-EPSO tiegħek U informa lill-EPSO b’dan permezz tal-formola ta’ kuntatt.
Il-file jrid jiġi applowdjat billi tikklikkja “Applowdja dokumenti ta’ sostenn” fil-kont tal-EPSO tiegħek sa mhux aktar tard minn 23:59 (ħin ta’ Brussell) fil-jum kalendarju ta’ wara t-test.
Il-Karta tal-identità tiegħi skadiet u dalwaqt se nagħmel test online. X’għandi nagħmel?
Għall-proċess ta’ identifikazzjoni matul it-testijiet online, tista’ tuża kwalunkwe dokument tal-identità ieħor sakemm ikun dokument tal-identità uffiċjali validu li jkollu ismek u r-ritratt tiegħek fuq l-istess naħa (jekk le, jekk jogħġbok aqra din il-Mistoqsija Frekwenti).
Jekk jogħġbok kun ċert li kopja ta’ dan id-dokument tiġi applowdjata fil-profil tal-EPSO tiegħek.
Għandi impenji ta' vvjaġġar professjonali fil-jum tat-test, nista’ niskedah mill-ġdid?
It-testijiet tal-EPSO huma organizzati f’dati u ħinijiet speċifiċi biex jiġu żgurati l-ugwaljanza u l-ġustizzja fost il-kandidati kollha.
Skont il-Politika għar-Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-Kandidati għal Avvenimenti tal-Ittestjar, l-impenji professjonali (laqgħa, konferenza, vjaġġ ta’ negozju) MHUMIEX meqjusin bħala ċirkostanzi eċċezzjonali jew ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kandidat.
Għalhekk, mhux possibbli li t-test tiegħek jiġi skedat mill-ġdid abbażi tal-impenji ta’ vvjaġġar professjonali.
Għandi impenji ta’ vvjaġġar personali fil-jum tat-test, nista’ niskedah mill-ġdid?
It-testijiet tal-EPSO huma organizzati f’dati u ħinijiet speċifiċi biex jiġu żgurati l-ugwaljanza u l-ġustizzja fost il-kandidati kollha.
Skont il-Politika għar-Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-Kandidati għal Avvenimenti tal-Ittestjar, l-impenji ta’ vvjaġġar personali MHUMIEX meqjusin bħala ċirkostanzi eċċezzjonali jew ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kandidat.
Għalhekk, mhux possibbli li t-test tiegħek jiġi skedat mill-ġdid abbażi tal-impenji ta’ vvjaġġar personali.
Kien hemm problema b’parti speċifika tat-test bil-miktub jew l-MCQ relatata mal-qasam, x’nista’ nagħmel?
Jekk ikollok dubju serju dwar il-kontenut ta’ test (test bil-miktub jew FRMCQ), jekk jogħġbok ikkuntattjana biss permezz tal-formola ta’ kuntatt fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek, billi tiddeskrivi x’kienet il-mistoqsija jew x’kienet il-parti tat-test (kontenut) sabiex tidentifika l-mistoqsija jew il-parti kkonċernata u tispjega n-natura tal-allegat żball b’mod kemm jista’ jkun ċar. Jekk jogħġbok semmi wkoll in-numru tal-kandidat tiegħek (ara l-Anness rispettiv għall-Avviż ta’ Kompetizzjoni).
Jekk il-kontenut tat-test identifikat ma jikkonformax mal-kriterji stretti ta’ kwalità tal-EPSO minkejja kontrolli tal-kwalità bir-reqqa fis-seħħ, jittieħdu miżuri korrettivi.
Se tirċievi tweġiba għall-ilment tiegħek dwar il-kontenut tat-test ftit qabel il-pubblikazzjoni tar-riżultati tat-test fil-profil tal-EPSO tal-kandidati.
Jeħtieġli nibbukkja appuntament għat-test online tiegħi?
Le, il-kandidati mhumiex meħtiġin aktar jibbukkjaw appuntament tal-ittestjar minn qabel. Mal-fornitur tat-test estern il-ġdid tal-EPSO, il-kandidati kollha se jiġu mistednin jagħmlu t-testijiet tagħhom fl-istess jum u fl-istess ħin.
Id-data u l-ħin eżatti tat-testijiet jiġu ppubblikati fil-paġna tal-kompetizzjoni rilevanti hekk kif ikunu disponibbli. Jekk jogħġbok innota li mhux possibbli li timmodifika l-ħin jew id-data tat-testijiet tiegħek.
X’inhu t-test bil-miktub?
Under the term written test, there are three different types of tests that EPSO will use according to the needs expressed by the recruiting services in line with the relevant notice of competition:
- Written test (WT) related to the field(s) of the competition, assessing only written communication skills.
- Field-related written test (FRWT), assessing written communication skills and knowledge in the relevant field of the competition.
- Free-text Essay on EU matters (EUFTE), assessing only written communication skills.
Candidates will be required to respond to the test assignment(s) based on the documentation provided by EPSO and related to the field(s) of the competition.
The written test is not a language test. Candidates will be assessed on the basis of the specific ‘anchors’ listed below (‘anchors’ are the elements taken into consideration by test markers (i.e. assessors) when assessing a given competency).
‘Anchors’ for written communication skills:
The candidate:
- structures the written communication with a logical flow of ideas.
- writes concisely without use of unnecessary words and sentences.
- presents subject-matter in an understandable way.
- adapts/tailors their writing to match the intended audience and purpose.
- uses the information provided to deal with the assignment.
X’inhu Espert fis-Suġġett (SME)?
In the context of EPSO’s selection procedures (competitions) a subject matter expert, or SME for short, is someone whose job is to participate in the process of creating certain types of written tests, such as field-related questionnaires.
SMEs are officials from the EU institutions and bodies served by EPSO. They take on this task for a limited period of time, in parallel with their usual work. Officials become SMEs on a voluntary basis, following a dedicated call for interest. They are nominated formally by their organisation of origin and must have a relevant profile in terms of knowledge or expertise in order to participate in the process of test development. They must have no conflict of interest as regards their competition in order to be confirmed as SMEs.
Nominated SMEs are trained by EPSO on test development methodologies before they take up their duties and continue to receive specific support from EPSO throughout their assignment.
Every test development process is analysed by EPSO’s team of psychologists in order to detect any possible bias. EPSO ensures that the process follows the agreed standards for large-scale selection procedures such as the ones organised by EPSO.
X’inhu “markatur”?
In the context of EPSO’s selection procedures (competitions) a marker is someone whose job is to assess the quality of the candidates’ performance as regards free-text selection tests (e.g. case study, translation and linguistic revision tests, essay), by attributing a corresponding mark (value). Another word for marker could be assessor or evaluator.
Markers are officials from the EU institutions and bodies served by EPSO. Officials become markers on a voluntary basis, following a dedicated call for interest. They are nominated formally by their organisation of origin and must have a relevant profile in terms of knowledge or expertise in order to mark EPSO selection tests. They must have no conflict of interest as regards their competition in order to be confirmed as markers.
EPSO’s assessment process always involves at least one selection test requiring two markers, with a view to improving the objectivity and fairness of the process. Marking is a double-blind process, i.e. markers are not informed about the identity of the author of the scripts, and do not know the mark provided by the other marker. Every marking exercise is analysed by EPSO’s team of psychologists in order to detect any possible bias or inequality of treatment. In case of significant discrepancies between the two markers, a third marker is called in by EPSO to assess the tests in question and to provide a definitive mark.
Nominated markers are trained by EPSO on assessment methodologies before they take up their duties and continue to receive specific support from EPSO throughout their assignment.
X’inhuma l-istruzzjonijiet biex nagħmel it-testijiet bil-kompjuter?
Jekk jogħġbok iċċekkja l-Avviż ta’ Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess tal-proċedura tas-selezzjoni tiegħek għan-numru ta’ mistoqsijiet, it-tul ta’ żmien u l-punteġġi minimi meħtieġa għat-testijiet.
It-testijiet tal-EPSO kollha huma organizzati online. Jekk jogħġbok iċċekkja r-rekwiżiti tekniċi u tal-IT għall-ittestjar online mal-kuntrattur il-ġdid tal-EPSO. Hija disponibbli wkoll informazzjoni speċifika dwar l-użu ta’ Kompjuters korporattivi għal testijiet online. L-istruzzjonijiet dettaljati għat-testijiet online jintbagħtu flimkien mal-istedina għat-testijiet permezz tal-Kontijiet tal-EPSO tal-kandidati u wara permezz tal-kuntrattur estern permezz tal-email.
L-EPSO, għaliex introduċa t-testijiet online?
It-tranżizzjoni għal ittestjar online għall-kompetizzjonijiet kollha tal-EPSO hi għażla strateġika approvata mill-Bord tat-Tmexxija tiegħu (il-korp governattiv interistituzzjonali tal-EPSO). L-objettiv tagħna hu li nkunu aktar rapidi u aktar moderni, filwaqt li nikkontribwixxu għall-“politika ekoloġika” tal-UE u niżguraw il-kosteffiċjenza. Dan hu żvilupp evoluzzjonarju li jġib lill-EPSO konformi mal-istandards internazzjonali attwali għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff fuq skala kbira.
L-EPSO jifhem li l-ittestjar online hu xi ħaġa ġdida għal ħafna nies. Irridu niżguraw li l-kandidati kollha jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-mod kif l-ittestjar online jaħdem fil-prattika. Għal din ir-raġuni ħloqna numru ta’ noti pubbliċi li għandhom l-għan li jagħtuk kemm jista’ jkun informazzjoni u gwida, qabel ma tapplika għall-proċeduri ta’ selezzjoni tagħna u tiġi mistieden għat-test.
Mill-2023, il-kompetizzjonijiet kollha bdew isiru permezz ta’ testijiet online kif deċiż mill-bord tat-tmexxija tal-EPSO. Dan iġib miegħu ffrankar sinifikanti tal-ispejjeż u żieda tal-effiċjenza, u huwa wkoll aktar favur l-ambjent.
L-ittestjar online permezz tal-kuntrattur estern tagħna jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet minn kwalunkwe post filwaqt li tiġi żgurata l-integrità tat-testijiet.
L-ittestjar online jippermetti lill-EPSO jagħmel progress aktar mgħaġġel fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet.
Nista’ nuża l-kompjuter korporattiv tiegħi għat-testijiet online?
It-testijiet online jirrikjedu li parti terza – kuntrattur estern – tieħu l-kontroll tal-kompjuter tiegħek waqt li tagħmel it-test. Fost affarijiet oħrajn, dan jimpedixxi lill-kandidati milli jibbrawżjaw l-internet jew milli jkollhom applikazzjonijiet miftuħin li jkunu barra mill-mandat tat-testijiet.
Sabiex it-testijiet ta’ selezzjoni online jkunu jistgħu jsiru fuq kompjuter korporattiv – inklużi dawk disponibbli għall-istaff tal-klijenti istituzzjonali tal-EPSO (eż. il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u oħrajn) – il-kontrolli multipli tas-sigurtà jkollhom jiġu diżattivati, jintgħamlu inqas stretti jew jinbidlu minn amministratur awtorizzat.
Naturalment, il-partijiet ikkonċernati korporattivi jridu jiżguraw li r-riskji għall-ambjent diġitali tagħhom jitnaqqsu għal minimu u huwa għalhekk li l-kandidati normalment ma jistgħux jużaw il-kompjuter korporattiv tagħhom għat-testijiet b’inviġilazzjoni mill-bogħod.
Biex issir taf aktar dwar ir-restrizzjonijiet ta’ sigurtà involuti, aqra Għaliex ma nistax nuża l-kompjuter korporattiv tiegħi għat-testijiet ta’ selezzjoni online tal-EPSO? | EU Careers (europa.eu).
Ir-riżultati tat-test MCQ tiegħi huma validi għal proċeduri ta’ selezzjoni oħrajn?
Your test results in an open competition can only be taken into account for the relevant competition, not for other competitions or CAST/P selection procedures. Exception: under certain conditions, your test results for a CAST/P selection procedure can be valid in the context of other CAST/P selection procedures.
X’inhuma l-istruzzjonijiet ewlenin biex napplika għal proċedura ta’ selezzjoni tal-EPSO?
- Qabel tibda l-applikazzjoni tiegħek, ara li d-dettalji kollha fil-profil tal-EPSO tiegħek huma aġġornati.
- Trid taqra l-Avviż ta’ Kompetizzjoni/ is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess u r-Regoli ġenerali biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżit kollha tal-eliġibbiltà.
- Issib il-link biex tapplika fis-sit web EU Careers ladarba jiftaħ il-perjodu ta’ reġistrazzjoni.
- Ħu l-ħin tiegħek biex timla l-applikazzjoni tiegħek, peress li teħtieġ xogħol konsiderevoli. Ir-responsabbiltà biex tivvalida l-applikazzjoni qabel l-iskadenza hija tiegħek biss.
- Qabel tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, iċċekkja l-kontenut tal-applikazzjoni tab tab peress li ladarba tivvalida l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi modifikata aktar.
- Trid timla l-applikazzjoni tiegħek bil-lingwa speċifikata fl-Avviż/fis-Sejħa.
- Indika kwalunkwe arranġament speċjali meħtieġ biex tkun tista’ tagħmel it-testijiet. L-informazzjoni hija disponibbli wkoll fis-sit web tal-EPSO. Ikkuntattjana minnufih jekk ikollok bżonn l-għajnuna bl-applikazzjoni online tiegħek.
- Għandek biss tikkopja/tippejstja minn text file (.txt) pur, billi tuża proċessur sempliċi tal-kliem (eż. NotePad fuq il-Windows, TextEdit fuq il-Mac OS X) biex tevita li tinserixxi spazji mhux neċessarji jew karattri inkompatibbli.
- Evita li tuża l-buttuni “forward” jew “back” tal-brawżer int u timla l-formola ta’ applikazzjoni u meta tiċċaqlaq bejn forom ta’ applikazzjoni differenti fil-profil tal-EPSO tiegħek (pereżempju biex taċċessa d-data mill-applikazzjonijiet preċedenti tiegħek) iżda minflok uża l-buttuni fuq l-iskrin.
- Is-sistemi tal-EPSO jappoġġaw il-brawżers tal-Internet l-aktar komuni. Jekk tiltaqa’ ma’ problemi, ikkunsidra li l-ewwel tibdel il-brawżer qabel ma tikkuntattjana. L-użu tal-apparat mobbli biex timla l-formola ta’ applikazzjoni mhux rakkomandat.
- Hekk kif tibda l-applikazzjoni tiegħek, se tirċievi numru tal-applikazzjoni. Dejjem semmi dan in-numru fil-korrispondenza tiegħek mal-EPSO.
- Il-kandidati jridu japplowdjaw u jillinkjaw dokumenti li jappoġġaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom fil-formola tal-applikazzjoni sal-iskadenza fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Il-kandidati ma għandhomx japplowdjaw dokumenti għall-applikazzjonijiet tagħhom għall-profili tal-aġenti kuntrattwali.
- Il-mistoqsijiet mibgħuta lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati tal-EPSO matul l-aħħar jiem tal-perjodu tal-applikazzjoni jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.
Kif jiġu organizzati t-testijiet online?
Il-kompetizzjonijiet kollha jsiru online. L-EPSO beda din it-tranżizzjoni matul il-pandemija, u l-maġġoranza l-kbira tal-kandidati laqgħu l-flessibbiltà pprovduta.
L-ittestjar online permezz tal-kuntrattur estern tagħna jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet b’mod sigur mill-bogħod bil-kompjuter tagħhom stess.
Meta jagħmlu test online, il-kandidati se jkunu mmonitorjati kontinwament bl-użu ta’ diversi għodod ta’ monitoraġġ.
L-eżamijiet huma mmonitorjati kontinwament għal attività jew imġiba suspettuża permezz ta’ reġistrazzjonijiet video u audio.
Lil min għandi nikkuntattja biex nikseb ċertifikat tal-attendenza għat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter tiegħi?
Wara li tivvalida t-test(ijiet) tiegħek, se tirċievi email awtomatizzata waħda għal kull test mill-fornitur tas-servizz tagħna li tista’ tintuża wkoll bħala ċertifikat ta’ attendenza (pereż. għall-ġustifikazzjoni ta’ liv speċjali).
Se tirċievi din/dawn l-email(s) fl-indirizz tal-email illinkjat mal-profil tal-EPSO tiegħek. Jekk jogħġbok innota li dawn l-emails jintbagħtu awtomatikament bl-Ingliż u li l-EPSO ma joħroġ l-ebda ċertifikat ta’ attendenza addizzjonali.
Jekk ma tirċevix dawn l-emails, jekk jogħġbok l-ewwel iċċekkja l-folder tal-ispam tiegħek u mbagħad ikkuntattja lil TestWe permezz taċ-chatbot
X’inhuma l-kompetenzi li l-kandidati għandhom juru waqt it-testijiet tal-kompetizzjoni?
Il-Qafas ta’ Kompetenza jiddefinixxi l-kompetenzi li huma kkunsidrati essenzjali għal prestazzjoni effettiva fi kwalunkwe impjieg partikolari, mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li jservi l-EPSO. Uħud minn dawk il-kompetenzi jiġu vvalutati mill-EPSO matul il-fażi tas-selezzjoni, oħrajn jiġu vvalutati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE nfushom matul il-fażi tar-reklutaġġ. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li għall-profili aktar speċjalizzati, l-Istituzzjonijiet tal-UE qed ifittxu kandidati li huma kkwalifikati ħafna fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom. L-informazzjoni dwar il-kompetenzi relatati mal-qasam, kif ukoll dwar it-testijiet li jevalwaw kemm il-kompetenzi ġenerali kif ukoll dawk relatati mal-qasam, dejjem tista’ tinstab fl-Avviż tal-Kompetizzjoni, l-uniku dokument uffiċjali li fih informazzjoni dettaljata dwar it-testijiet attwali użati mill-EPSO għal kompetizzjoni partikolari. L-avviżi kollha huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jekk jogħġbok ikkonsulta l-kompetenzi ġenerali u l-ankri rispettivi tagħhom (“ankri” huma l-elementi meqjusa minn dawk li jikkoreġu t-test (jiġifieri l-assessuri) meta jivvalutaw kompetenza partikolari).
Għaliex l-EPSO juża testijiet ta’ raġunament b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter?
L-objettiv ewlieni tat-testijiet ta’ raġunament tal-EPSO hu li jitkejlu l-kapaċitajiet ta’ raġunament ewlenin għall-uffiċjali futuri kollha tal-UE, u mhux li jitnaqqsu n-numri tal-kandidati. Dawn it-testijiet, li huma bbażati fuq studji xjentifiċi stabbiliti sew, għandhom l-aktar valur ta’ previżjoni għoli għall-prestazzjoni futura fl-impjieg (meta mqabbla ma’ testijiet ibbażati purament fuq l-għarfien). Minkejja l-fatt li l-kandidati fl-istess kompetizzjoni ma jirċevux l-istess mistoqsijiet, il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet individwali mogħtija lil kull kandidat hu identiku, u dan jiżgura trattament indaqs. Il-validità u l-affidabilità tat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’għażla multipla ġiet ikkonfermata mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, u l-Qorti kkonfermat ukoll li dawn it-testijiet huma konformi mal-prinċipju tat-trattament ġust u indaqs. Fl-istess ħin, it-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter jippermettu lill-EPSO jittestja n-numri kbar ta’ kandidati fi żmien qasir ħafna b’mod effiċjenti u faċli għall-utent.
Kif jitfasslu t-testijiet tal-EPSO?
EPSO's tests are developed and monitored carefully by its team of in-house occupational psychologists together with carefully selected Selection Board Members from across the EU Institutions. EPSO consistently monitors the latest innovations in test development based on scientific research and has in recent years introduced online testing in its selection procedures.
Kif inhu definit “il-livell limitu”?
In order to define the threshold, candidates' scores are ranked in descending order. The board then selects the top-ranking candidates that can be invited to the next stage of the competition. The threshold is the score of the last candidate on this list.
Min jiġi mistieden għall-istadju li jmiss?
As only a set number of candidates can go through to the next stage, only those with the highest scores are invited. These candidates have a score equal to or above the threshold.
A list of successful candidates is drawn up by the Selection board in descending order of the total score obtained.
Fejn nista’ nsib aktar informazzjoni dwar it-testijiet?
The complete list of tests for a specific selection procedure is available in the notice of competition/call for expression of interest.
You can find some samples of the different tests on our website on the dedicated page.
With the exception of the sample tests, EPSO does not provide any preparatory learning material or guidance regarding taking the tests. Some Member States organise courses for training EU nationals for the European Institutions' open competitions. To find out more, please check the information on the same page.