L-EUFTE għandu l-għan li jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub tiegħek.
Il-kandidati jridu jlestu l-kompitu/i tagħhom billi jużaw il-materjal ipprovdut mill-EPSO, kif speċifikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni.
L-EUFTE mhuwiex test tal-lingwa u lanqas test tal-għarfien fattwali. Il-kandidati se jiġu evalwati abbażi tal-“ankri” speċifiċi elenkati hawn taħt. (Ankri tirreferi għall-elementi kkunsidrati meta tkun qed tiġi evalwata kompetenza partikolari.)
- L-għoti ta’ struttura lill-komunikazzjoni bil-miktub bi fluss ta’ ideat loġiku.
- Il-kitba b’mod konċiż, filwaqt li jiġu evitati kliem u sentenzi mhux meħtieġa.
- Il-preżentazzjoni tas-suġġett b’mod ċar u li jinftiehem.
- L-adattament u t-tfassil tal-kitba għall-udjenza u l-iskop maħsuba.
- L-użu tal-informazzjoni pprovduta b’mod effettiv għall-indirizzar tal-kompitu.
Hawnhekk tista’ ssib test kampjun biex tiffamiljarizza ruħek mal-pjattaforma tal-ittestjar.
Jekk jogħġbok innota li t-test jibda biss hekk kif jispiċċa l-kronometru li jidher fin-naħa ta’ fuq tat-tieqa.