Skip to main content

FAQs

Għandi dokument tal-identità li ma fihx ismi u ritratt fuq l-istess naħa u dalwaqt se nagħmel test online. X’għandi nagħmel?

Question categories:

Jekk l-ID tiegħek ma jkollux ismek u r-ritratt tiegħek fuq l-istess naħa, jekk jogħġbok applowdja file PDF wieħed li juri ż-żewġ naħat tal-ID fil-Profil tal-Kandidat tiegħek u

  • għall-kompetizzjonijiet miftuħa informa lill-EPSO kif xieraq permezz tal-formola ta’ kuntatt fil-kont tal-Portal Uniku tal-Kandidati tiegħek.
  • għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-istaff kuntrattwali informa lill-EPSO kif xieraq permezz tal- formola ta’ kuntatt.

Matul il-verifika tal-ID fil-jum tat-test, għandek tieħu ritratt tan-naħa tal-ID tiegħek li turi r-ritratt tiegħek.