Kif se jiġi ttestjat l-għarfien lingwistiku tiegħi għall-profil tat- “tradutturi” fil-proċedura tal-għażla tal-persunal kuntrattwali?
It-testijiet tal-EPSO jivvalutaw biss l-għarfien tiegħek tal-lingwa 1 (L1), li tista’ tkun kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Dan se jiġi ttestjat permezz tat-testijiet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt f’forma ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla. L-għarfien tiegħek tal-L1 għandu jkun mill-anqas fil-livell C1 (utent profiċjenti).
L-għarfien tiegħek tal-lingwa 2 (L2) (li għandha tintgħażel minn fost l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, iżda differenti mil-L1) se jiġi ttestjat mis-servizzi ta’ reklutaġġ. L-għarfien tiegħek tal-L2 għandu jkun mill-anqas fil-livell B2 (utent indipendenti).
Aktar informazzjoni dwar it-testijiet ta’ hawn fuq hi ppubblikata fil-paġna tagħna: Testijiet tal-EPSO - testijiet kampjuni.
Is-servizzi ta’ reklutaġġ jistgħu jorganizzaw testijiet lingwistiċi addizzjonali.