Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Komunikazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO

Żviluppi reċenti rigward l-operazzjonijiet tal-EPSO wasslu biex, dan l-aħħar, isiru pubbliċi ċerti messaġġi u kummenti differenti. Il-pożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija hija ddikjarata minn hawn ’il quddiem bħala kjarifika:

  • L-istituzzjonijiet jibqgħu impenjati għal mudell fejn l-uffiċjali tal-UE jintgħażlu skont proċeduri ta’ selezzjoni kompetittivi mwettqa bi trasparenza sħiħa u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal.
  • It-twettiq mill-EPSO ta’ kompetizzjonijiet ġenerali huwa sospiż għal raġunijiet tekniċi biss. L-EPSO ntalab jerġa’ jibda l-operazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li jibni fuq sistema ta’ twettiq reżiljenti li tiżgura l-integrità filwaqt li ttejjeb l-esperjenza tal-utent.
  • L-istituzzjonijiet huma impenjati għall-multilingwiżmu fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum u fil-proċeduri ta’ selezzjoni , f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ġurisprudenza tal-ġuriżdizzjonijiet tal-UE. L-EPSO ntalab imexxi l-operazzjonijiet tiegħu f’konformità sħiħa ma’ dawn il-prinċipji.
  • L-EPSO issa qed jivvaluta diversi għażliet ta’ rkupru. Il-Bord jistenna li jirċievi informazzjoni dettaljata sa nofs Diċembru 2023 biex jippermetti deċiżjoni dwar it-triq ’il quddiem.
  • Abbażi tal-valutazzjoni attwali tal-EPSO, huwa improbabbli li l-operazzjonijiet jerġgħu jibdew qabel tmiem is-sena. Il-Bord huwa konxju tal-importanza li jipprovdi kalendarju affidabbli tal-kompetizzjonijiet u se jagħti aktar avviżi malajr kemm jista’ jkun.
  • B’mod parallel mal-isforzi mmirati biex jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet mill-EPSO, xi istituzzjonijiet tal-UE se jkomplu jwettqu l-kompetizzjonijiet tagħhom stess, bi trasparenza sħiħa u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal.
Data aġġornata
02/04/2024 - 12:18