Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

2. Tipi ta’ lmenti

L-EPSO jirrikonoxxi u jindirizza żewġ kategoriji distinti ta’ feedback tal-kandidati: Ilmenti Tekniċi u Ilmenti Speċifiċi għall-Oġġetti (ISC).


2.1.1. Ilmenti tekniċi

L-ilmenti tekniċi jirreferu għal kwalunkwe kwistjoni jew tfixkil esperjenzat mill-kandidati matul is-sessjoni ta’ ttestjar online. Dawn il-problemi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

  • Ħsara fil-pjattaforma jew żbalji fis-sistema, bħall-inabbiltà li wieħed jaċċessa jew jinnaviga fl-interface tal-eżami;
  • Difetti fis-software, bħall-iffriżar tal-interface tat-test jew il-funzjonament ħażin tal-għodod fl-ambjent tat-test;
  • Problemi ta’ konnettività, bħal qtugħ għal għarrieda matul is-sessjoni tal-ittestjar jew nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni u/jew applowdjar tal-files tat-test fuq is-server;
  • Kwistjonijiet tekniċi oħra li jfixklu b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-kandidat li jlesti t-testijiet tiegħu.


Kwistjonijiet ta’ hardware esperjenzati mill-kandidati mhumiex meqjusa bħala raġunijiet għal ilment tekniku. Ir-rekwiżiti tal-hardware huma elenkati fl-istruzzjonijiet ipprovduti lill-kandidati u l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti tibqa’ r-responsabbiltà unika tagħhom.


2.1.2. Ilmenti Speċifiċi għall-Oġġetti (ISC)

Il-kandidati li jqisu li għandhom raġunijiet ġustifikabbli biex jemmnu li żball f’waħda jew aktar mill-mistoqsijiet fit-test ta’ mistoqsija b’għażla multipla (MCQ) affettwa l-kapaċità tagħhom li jwieġbu, jistgħu jitolbu li l-mistoqsija/jiet ikkonċernatai jiġu rieżaminati. Ilmenti Speċifiċi għall-Oġġetti (ISC)1 jindirizzaw tħassib imqajjem mill-kandidati dwar kontenut speċifiku tat-test, bħalma huma mistqosijiet u immaġnijiet relatati, aktar milli kwistjonijiet tekniċi.
Raġunijiet għal ISCs jistgħu jinkludu:

  • Żbalji lingwistiċi, bħal żbalji grammatikali jew lingwaġġ mhux ċar fil-mistoqsija;
  • Kontenut mhux preċiż jew ambigwu fil-mistoqsija, li jwassal għal konfużjoni jew interpretazzjoni ħażina mill-kandidati;
  • Problemi bl-istampi, inklużi immaġnijiet mhux korretti jew immaġnijiet li ma jaqblux mal-mistoqsija.


Jekk jogħġbok innota li l-EPSO ma jistax janalizza talbiet mhux sostanzjati jew mhux speċifiċi, bħal dawk li jitolbu li jsir rieżami tal-punti kollha jew li jallegaw traduzzjoni fqira.