FAQs
Kif napplika għal proċedura ta’ selezzjoni tal-EPSO?
Question categories:
Biex tapplika għal kompetizzjonijiet miftuħa:
- Agħżel kompetizzjoni li taqbel mal-profil tiegħek.
- Aqra bir-reqqa l-Avviż tal-Kompetizzjoni.
- Ikklikkja “Applika” fuq il-paġna web tal-kompetizzjoni u illoggja fil-Portal Uniku tal-Kandidati billi tuża l-kont tal-EU Login tiegħek (jew oħloq wieħed jekk meħtieġ).
- Imla l-formola ta’ applikazzjoni u ssottomettiha qabel l-iskadenza.
- Informazzjoni dettaljata hija disponibbli fit-taqsima tal-Applikazzjoni tal-paġna web tal-Proċeduri ta’ selezzjoni għal pożizzjonijiet permanenti.
Biex tapplika għall-proċeduri ta’ selezzjoni ta’ persunal kuntrattwali:
- Ikkonsulta l-paġna tal-persunal kuntrattwali u agħżel il-profil li jaqbel l-aktar mal-kwalifiki u l-esperjenza tiegħek.
- Aqra d-dokumenti importanti kollha, speċjalment is-Sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess.
- Agħżel profil u rreġistra għall-grupp ta’ funzjonijiet disponibbli
- Imbagħad tintalab tilloggja fil-Profil tal-EPSO tiegħek. Jekk m’għandekx wieħed, ibda billi toħolqu.
- Imla u ssottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek. Meta tagħmel dan, tkun qed tirreġistra fil-bażi tad-data tal-persunal kuntrattwali tal-EPSO.
Meta jinqalgħu bżonnijiet ta’ reklutaġġ, is-servizzi ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE jfittxu fil-bażi tad-data tal-persunal kuntrattwali u jagħmlu lista ristretta tal-kandidati li jkunu jaqblu l-aktar mar-rekwiżiti tal-impjieg.
Il-kandidati magħżula huma mistiedna jagħmlu testijiet tal-ħiliet tar-raġunament (verbali, numeriċi u astratti) u aktar tard jistgħu jiġu mistiedna għal intervista mill-istituzzjoni jew mill-korp ta’ reklutaġġ. L-aġġornamenti u l-istediniet kollha jiġu kkomunikati permezz tal-Profil tal-EPSO tiegħek.