Statistiku
Deskrizzjoni tal-impjieg
L-istatistiċi tal-UE jagħtu kontribuzzjoni vitali fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politiki futuri tal-UE. Il-ħidma tagħhom tiffoka fuq il-ġbir, l-evalwazzjoni u l-interpretazzjoni tad-data li se tgħin fit-tiswir tad-deċiżjonijiet tal-UE dwar l-ekonomija, il-finanzi, is-soċjetà, l-agrikoltura, l-ambjent u ħafna oqsma oħra.
Id-dmirijiet tagħhom jinkludu t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi statistiċi; id-definizzjoni ta’ metodoloġiji; l-applikazzjoni ta’ mudelli matematiċi; it-twettiq ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva; ir-regolamentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet statistiċi; l-interpretazzjoni u t-tixrid tad-data; it-twettiq ta’ pjanijiet tal-proġett, fost kompiti oħra.
Bħala statistiku, tista’ tissieħeb mal-UE jew bħala amministratur jew bħala assistent.
Kwalifiki ewlenin
Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE.
Biex tissieħeb bħala amministratur għandu jkollok lawrja f’dixxiplina relatata għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti); biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7), għandu jkollok diversi snin ta’ esperjenza rilevanti.
Biex tingħaqad bħala assistent, għandu jkollok jew edukazzjoni postsekondarja f’suġġett xieraq u ftit snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti, jew edukazzjoni sekondarja u tal-anqas diversi snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti.
Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.
Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.
Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.