FAQs
Nista’ napplowdja d-dokumenti tiegħi wara l-iskadenza?
Question categories:
Le. Ladarba tgħaddi l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ sostenn indikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni, il-kandidati ma jkunu jistgħu japplowdjaw l-ebda dokument fl-applikazzjoni tagħhom.
L-EPSO ma jaċċettax dokumenti mibgħuta bil-email jew permezz tal-formola ta’ kuntatt.
Madanakollu, f’konformità mal-Avviż tal-Kompetizzjoni, il-kandidati jistgħu jintalbu fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ selezzjoni jipprovdu informazzjoni addizzjonali jew dokumenti ta’ sostenn. Jekk ikun meħtieġ, il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jikkuntattja lill-kandidati permezz tal-Portal Uniku tal-Kandidati tagħhom biex jitlob dokumenti neqsin, inklużi dokumenti tal-identità.