FAQs
Nista’ napplika għal diversi proċeduri ta' selezzjoni, profili u/jew gruppi ta’ funzjoni?
Kompetizzjonijiet miftuħa għal staff permanenti:
Il-kandidati jistgħu japplikaw għal aktar minn kompetizzjoni miftuħa waħda, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni rilevanti.
Madankollu, mhuwiex possibbli li tiġi ppreżentata aktar minn applikazzjoni waħda għall-istess kompetizzjoni, sakemm ma jkunx iddikjarat espliċitament mod ieħor fl-Avviż tal-Kompetizzjoni.
Proċeduri ta’ selezzjoni għal persunal kuntrattwali:
Il-kandidati jistgħu japplikaw għal profili jew gruppi ta’ funzjoni multipli, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fis-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess rilevanti.
Madankollu, hija permessa applikazzjoni waħda biss għal kull profil. Pereżempju, il-kandidati ma jistgħux joħolqu aktar minn applikazzjoni waħda għall-profil ta’ “tradutturi”, inklużi applikazzjonijiet b’lingwi fil-mira differenti.
Tista’ tiddikjara l-lingwi kollha tiegħek taħt “Ħiliet lingwistiċi” fil-formola tal-applikazzjoni jekk għandek għarfien ta’ aktar minn żewġ lingwi uffiċjali. Dan se jippermetti lis-servizzi ta’ reklutaġġ biex isibu l-applikazzjoni tiegħek skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.