Skip to main content

Il-proċess ta’ selezzjoni tal-Gradwati AD5: kif tiġi evalwat

Il-proċess ta’ selezzjoni tal-Gradwati AD5 jikkonsisti f’żewġ partijiet.

Parti 1 – Testijiet ta’ raġunament

Biex tkompli għall-parti 2, trid tikseb il-punteġġi minimi meħtieġa:

TestPunteġġ minimu
Raġunament Verbali10/20
Raġunament Numeriku u Astratt (flimkien)10/20

Parti 2 – Testijiet li jifdal

  • Test tal-għarfien dwar l-UE
  • Test tal-ħiliet diġitali
  • Test bil-miktub - Essay liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (EUFTE)

Biex tibqa’ fil-kompetizzjoni, trid tikseb il-punteġġi minimi meħtieġa:

TestPunteġġ minimu
Għarfien dwar l-UE15/30
Ħiliet diġitali20/40
EUFTE5/10

Punteġġ preliminari

Il-kandidati li jiksbu l-punteġġi minimi meħtieġa kollha jiġu kklassifikati abbażi ta’:

TestPiż
Raġunament Verbali40 %
Għarfien dwar l-UE30 %
Ħiliet diġitali30 %

Il-kandidati bl-ogħla klassifikazzjoni mill-klassifikazzjoni preliminari biss jipproċedu għall-pass li jmiss, fejn:

  • jingħata punteġġ lill-EUFTE; u
  • jiġu vverifikati r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà.
     

Punteġġ finali

Il-klassifikazzjoni finali hija bbażata fuq:

TestPiż
Raġunament Verbali35 %
Għarfien dwar l-UE25 %
Ħiliet diġitali25 %
EUFTE15 %

Il-kandidati bl-ogħla punteġġi finali li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà huma inklużi fil-lista ta’ riżerva.

Nissuġġerixxu li tara l-aħħar webinar disponibbli fuq youtube.