Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Petra H. (Kummissjoni Ewropea)

“Nieħu gost nisma’ lil uliedi jikkomunikaw bla sforz u bla xkiel bit-tliet lingwi tagħhom (il-Franċiż minn skola lokali, l-Iżvediż u l-Ispanjol mid-dar) u li lanqas biss jieqfu u jirriflettu dwar kemm hija xi ħaġa meraviljuża li jistgħu jagħmlu dan! Nieħdu gost nimxu lejn is-suq fi Place Dumon (Stockel) nhar ta’ Sibt u nixtru l-aħjar waffles fil-belt. Nieħdu l-frites (chips) mill-“friterie” lokali – kulħadd ikollu l-opportunità jagħżel is-sauce favorit tiegħu: mayonnaise, sauce Andalouse jew ketchup biss (mhux xi ħaġa Belġjana ħafna). Il-Promenade verte li tifrex 60 km madwar il-belt hija post sabiħ għaċ-ċikliżmu u l-mixi. Tista’ tieqaf f’Parc Malou u tieħu birra, kafè jew ġelat fis-sajf waqt li t-tfal jilagħbu fil-bandli kbir li hemm. Ir-rebbiegħa tasal aktar kmieni fi Brussell u s-sajf idum aktar... min ma jħobbux dan?”