Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Speċjalisti (Amministraturi – AD6 sa AD9)

Il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni għal Speċjalisti (amministraturi, grad AD6 sa AD9) jista’ jkollhom jgħaddu mit-testijiet li ġejjin:

 

Testijiet ta’ raġunament

It-testijiet tar-raġunament huma kwestjonarji b’għażla multipla mfassla biex jevalwaw il-ħiliet tal-ħsieb loġiku tiegħek u l-kapaċità tiegħek li tifhem informazzjoni verbali u numerika, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn kunċetti astratti li ma humiex ta’ natura lingwistika, spazjali jew numerika.

Ipprova t-testijiet kampjun tagħna hawn taħt (Jekk jogħġbok innota li t-testijiet kampjun jistgħu jdumu aktar mis-soltu biex jillowdjaw)

Raġunament Verbali - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Numeriku - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Astratt - Disponibbli bi: MT

Tista’ tikkonsulta wkoll verżjoni aċċessibbli ta’ dawn il-kampjuni tat-testijiet.

Kwestjonarju dwar l-għażla multipla relatata mal-qasam

Il-kwestjonarju b’għażla multipla relatat mal-qasam (FRMCQ) jinkludi sensiela ta’ mistoqsijiet, li huma mfasslin biex jittestjaw il-ħiliet u l-għarfien relatati mal-qasam tal-kompetizzjoni. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq id-dmirijiet meħtieġa għall-profil speċifiku. Kull mistoqsija hi marbuta ma’ erba’ għażliet differenti ta’ tweġibiet, li waħda minnhom biss hi korretta.

Fis-sejħa għall-kompetizzjoni u fl-ittra ta’ stedina hemm indikata aktar informazzjoni.

Test bil-miktub

Dan it-test jivvaluta l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub tal-kandidati.

L-EPSO jista’ juża wieħed jew aktar mill-formati li ġejjin, skont il-ħtiġijiet espressi mis-servizzi ta’ reklutaġġ għal kull kompetizzjoni:

  1. Test bil-Miktub (WT) – relatat mal-qasam/oqsma tal-kompetizzjoni; jivvaluta l-ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-miktub biss.
  2. Test bil-miktub relatat mal-qasam (FRWT) – jivvaluta kemm il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub kif ukoll l-għarfien fil-qasam rilevanti tal-kompetizzjoni.
  3. Essay b’test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (EUFTE), li jivvaluta biss il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub.

Il-kandidati jridu jlestu l-inkarigu/i tagħhom billi jużaw il-materjal ipprovdut mill-EPSO, kif speċifikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-“ankri” speċifiċi elenkati hawn taħt. (Ankri tirreferi għall-elementi kkunsidrati minn dawk li jikkoreġu t-test — jiġifieri, l-assessuri — meta tiġi evalwata kompetenza partikolari.)

Jagħti l-komunikazzjoni bil-miktub struttura bi fluss ta’ ideat loġiku.

  • Jikteb b’mod konċiż, filwaqt li jevita kliem u sentenzi mhux meħtieġa.
  • Jippreżenta s-suġġett b’mod ċar u li jinftiehem.
  • Jadatta u jfassal il-kitba għall-udjenza u l-iskop maħsuba.
  • Juża l-informazzjoni pprovduta b’mod effettiv biex jittratta l-kompitu.