Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Segretarji (AST/SC)

Il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni għal Segretarji jista’ jkollhom jgħaddu mit-testijiet li ġejjin:

 

Testijiet ta’ raġunament

It-testijiet tar-raġunament huma kwestjonarji b’għażla multipla mfassla biex jevalwaw il-ħiliet tal-ħsieb loġiku tiegħek u l-kapaċità tiegħek li tifhem informazzjoni verbali u numerika, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn kunċetti astratti li ma humiex ta’ natura lingwistika, spazjali jew numerika.

Ipprova t-testijiet kampjun tagħna hawn taħt (Jekk jogħġbok innota li t-testijiet kampjun jistgħu jdumu aktar mis-soltu biex jillowdjaw)

Raġunament Verbali - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Numeriku - Disponibbli bil-lingwi li ġejjin: BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV

Raġunament Astratt - Disponibbli bi: MT

Tista’ taċċessa wkoll verżjoni aċċessibbli ta’ dawn il-kampjuni tat-testijiet. 

Kwestjonarju relatat ma’ qasam speċifiku bi tweġibiet fil-forma ta’ test qasir (FRSTQ)

Dan it-test huwa mfassal biex jivvaluta l-kompetenzi rilevanti tal-kandidat meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet segretarjali. Dan jikkonsisti f’mistoqsijiet li jeħtieġu tweġibiet konċiżi u bbażati fuq l-esperjenza li juru l-ħiliet u l-għarfien tal-kandidat fil-qasam.

Il-kandidati jirċievu 10 mistoqsijiet u jkollhom 60 minuta biex ilestu t-test.

Test tal-Għarfien dwar l-UE

It-test tal-għarfien dwar l-UE jikkonsisti fi kwestjonarju b’għażla multipla li jkopri l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet, il-proċeduri u l-politiki ewlenin tagħha. Ir-referenzi għas-sorsi użati biex jiġi żviluppat dan it-test se jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO wara li jiġi ppubblikat l-avviż tal-kompetizzjoni.

Safrattant, hawnhekk tista’ ssib għażla ta’ pubblikazzjonijiet biex jgħinuk tipprepara għat-test tal-Għarfien dwar l-UE.

Ipprova t-testijiet kampjun tagħna hawnhekk.

Test tal-ħiliet diġitali

It-test tal-ħiliet diġitali hu mfassal biex jivvaluta l-litteriżmu diġitali u l-għarfien prattiku tal-kandidati, kif rilevanti għar-rwol.

Dan it-test jista’ jkopri l-ħames oqsma li ġejjin:

  1. L-informazzjoni u l-litteriżmu tad-data
  2. Il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni
  3. Il-ħolqien ta’ kontenut diġitali
  4. Is-sikurezza
  5. Is-soluzzjoni tal-problemi

Ipprova t-testijiet kampjun tagħna hawnhekk.