X’tip ta’ kwalifiki edukattivi għandi bżonn?
Question categories:
Ir-rekwiżiti edukattivi minimi jvarjaw skont il-profili li jridu jiġi reklutati.
Għall-uffiċjali permanenti:
- Livell ta’ assistent: edukazzjoni postsekondarja jew sekondarja u esperjenza professjonali xierqa.
- Livell ta’ amministratur: minimu ta’ tliet snin ta’ edukazzjoni universitarja mitmuma.
Għall-aġenti kuntrattwali:
- Grupp ta' Funzjoni I: edukazzjoni obbligatorja.
- Gruppi ta’ Funzjoni II u III: edukazzjoni postsekondarja jew sekondarja u esperjenza professjonali xierqa.
- Grupp ta' Funzjoni IV: minimu ta’ tliet snin ta’ edukazzjoni universitarja mitmuma.
Jekk jogħġbok innota li l-Avviż tal-Kompetizzjoni/is-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess hija dejjem ir-referenza awtorevoli, jekk jogħġbok aqrahom għad-dettalji kollha. Tista’ tikkonsulta wkoll l-eżempji tagħna tat-tipi ta’ kwalifiki aċċettati.