Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Opportunitajiet ta’ taħriġ

A woman standing in front of a board during a training session

Xogħol mal-istituzzjonijiet tal-UE jfisser opportunità tul il-ħajja għat-tkabbir professjonali u personali.

Bl-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda, il-persunal jista’ jżomm il-motivazzjoni tiegħu għolja, javvanza fl-impjieg tiegħu u jikseb il-potenzjal sħiħ tal-karriera tiegħu.

Hemm korsijiet ta’ taħriġ disponibbli dwar varjetà wiesgħa ta’ suġġetti bħad-diplomazija, l-inklużjoni u d-diversità tal-UE, il-politiki tal-UE, ir-relazzjonijiet interistituzzjonali, is-soluzzjonijiet fuq il-post tax-xogħol u dawk soċjali, l-IT u l-iżvilupp diġitali, biex insemmu biss ftit minnhom.

L-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni (EUSA) - maħluqa apposta biex tipprovdi korsijiet interistituzzjonali ta’ kwalità għolja għall-persunal tal-UE - hi responsabbli għal xi wħud mill-korsijiet ta’ taħriġ.

L-uffiċjali tal-UE huma profiċjenti mill-anqas f’żewġ lingwi tal-UE u qabel ma jiksbu l-ewwel promozzjoni tagħhom iridu jagħtu prova tal-ħiliet tagħhom fit-tielet waħda.

Il-persunal tal-UE jinteraġixxi f’diversi lingwi fix-xogħol tiegħu ta’ kuljum. L-iżvilupp lingwistiku kontinwu hu parti importanti mill-karriera tal-membri tal-persunal u għal din ir-raġuni l-UE toffri varjetà ta’ korsijiet tal-lingwi.