Angela Heberling
Angela ngħaqdet mas-Servizz Ċivili tal-Istituzzjonijiet Ewropej f’Lulju 1993 fid-dipartiment għall-Ambjent fil-Kummissjoni Ewropea. Wara sentejn, hi mxiet għal aktar kwistjonijiet relatati mal-HR u bdiet il-karriera tagħha fis-Servizz ta’ Reklutaġġ tal-Kummissjoni Ewropea - li aktar tard kellu jiġi integrat f’dak li issa hu l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). Hi okkupat varjetà ta’ karigi fi ħdan l-EPSO, minn membru tat-Task Force responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Żvilupp tal-EPSO (EDP), Kap tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tas-Selezzjoni inkarigat mill-monitoraġġ tal-kompetizzjonijiet u s-selezzjonijiet kollha, Kap tal-Unità għas-Selezzjoni elettronika u l-Iżvilupp tat-Testijiet għall-kariga attwali tagħha bħala Kap tal-Unità tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni. F’Novembru 2020, inħatret ukoll biex tagħmilha ta’ sostitut għad-Direttur tal-EPSO.
Angela hi miżżewġa u għandha żewġt itfal.