
INFORMAZZJONI IMPORTANTI:
M’għandekx tuża opzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ parti terza bħall-eID,
Facebook jew Google biex toħloq il-kont tal-EU Login tiegħek u l-profil tal-Portal Uniku tal-Kandidati minħabba li eventwalment
titlef l-aċċess għall-kont li jkun fih l-applikazzjoni/jiet tiegħek u tirriskja li ma toħloqx kont validu jew li tonqos milli tilħaq l-istatus
ta’ kandidat f’din il-kompetizzjoni (għal informazzjoni dettaljata
jekk jogħġbok ara Kif noħloq kont tal-EU LOGIN).
Bħalissa qed taħdem għall-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-UE?
Jekk iva, allura diġà għandek EU LOGIN korporattiv (intern).
Hemm żewġ sitwazzjonijiet importanti li għandek tikkunsidra:
- Għandek kuntratt permanenti bħala uffiċjal tal-UE: f’dak il-każ, trid tuża l-EU LOGIN korporattiv (intern) attwali tiegħek għall-applikazzjoni tiegħek permezz tal-Portal Uniku tal-Kandidati.
- Għandek kuntratt temporanju bħala persunal tal-UE: f’dak il-każ, trid toħloq EU LOGIN ġdid, billi tuża indirizz tal-email privat.
Għandek tuża wkoll kompjuter personali, inkella, il-kompjuter professjonali tiegħek juża l-EU LOGIN korporattiv (intern) tiegħek b’mod awtomatiku.
Għal struzzjonijiet dwar kif tistabbilixxi fatturi ta’ awtentikazzjoni għall-kont tal-EU LOGIN estern tiegħek, jekk jogħġbok aqra Nista’ nirreġistra l-istess mowbajl għal żewġ kontijiet differenti tal-EU LOGIN?
Il-kandidati b’kuntratt temporanju m’għandhomx jużaw l-EU Login korporattiv tagħhom minħabba li eventwalment jistgħu jitilfu l-aċċess għall-profil tagħhom fil-Portal Uniku tal-Kandidati.
L-EPSO jirrifjuta kwalunkwe responsabbiltà għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-istruzzjonijiet.